Saint-Émilion

komun u raħal f'Gironde, Franza

Saint-Émilion (pronunzja: ​[sɛ̃.t‿emiljɔ̃]; bil-Gascon: Sent Milion) huwa komun u raħal fid-dipartiment ta' Gironde fin-Nouvelle-Aquitaine fil-Lbiċ ta' Franza. Fl-2016, il-popolazzjoni tar-raħal kienet ta' 1,938 ruħ.[1]

Saint-Émilion
 Franza
Amministrazzjoni
Stat sovranFranza
Administrative territorial entity of FranceFranza Metropolitana
Region of FranceNouvelle-Aquitaine
Dipartimenti ta' FranzaGironde
Arrondissement of Francearrondissement ta' Libourne
Canton of Francekanton ta' Libourne
Isem uffiċjali Saint-Émilion
Émilion-la-Montagne
Ismijiet oriġinali Saint-Emilion
Kodiċi postali 33330
Ġeografija
Koordinati 44°53′34″N 0°09′21″W / 44.8928°N 0.1558°W / 44.8928; -0.1558Koordinati: 44°53′34″N 0°09′21″W / 44.8928°N 0.1558°W / 44.8928; -0.1558
Saint-Émilion is located in France
Saint-Émilion
Saint-Émilion
Saint-Émilion (France)
Superfiċjenti 27.02 kilometru kwadru
Għoli 23 m, 3 mu 107 m
Fruntieri ma' Libourne (en) Translate, Montagne (en) Translate, Moulon (en) Translate, Néac (en) Translate, Pomerol (en) Translate, Saint-Christophe-des-Bardes (en) Translate, Saint-Laurent-des-Combes (en) Translate, Saint-Sulpice-de-Faleyrens (en) Translateu Vignonet (en) Translate
Demografija
Popolazzjoni 1,769 abitanti (1 Jannar 2021)
Informazzjoni oħra
Żona tal-Ħin UTC+1u UTC+2
saint-emilion.org

Fil-qalba taż-żona madwar Libourne, f'reġjun ta' għoljiet tal-produzzjoni tal-inbid, Saint-Emilion huwa raħal Medjevali f'salib it-toroq ta' Bordeaux, Saintonge u Périgord. Ir-raħal u l-vinji tal-madwar saru Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1999, fid-dawl tal-istorja ħajja u twila tiegħu fil-qasam tal-produzzjoni tal-inbid, il-knejjes Rumaneski tiegħu u l-fdalijiet tul it-toroq weqfin u dojoq kollha tal-belt.[2]

L-istorja ta' Saint-Émilion tmur lura mill-inqas sa 35,000 sena ilu, saż-Żmien Paleolitiku Superjuri. L-oppidum inbena fuq l-għolja li tħares fuq il-belt attwali fi żmien il-Galli, qabel ma r-reġjuni ġew annessi minn Awgustu fis-27 Q.K. Ir-Rumani ħawwlu vinji fiż-żona li mbagħad saret Saint-Émilion saħansitra mis-seklu 2. Fis-seklu 4, il-poeta Latin Awsonju faħħar il-frotta tal-vinja.[2]

Saint-Émilion, li qabel kien imsejjaħ Ascumbas[3], ingħata isem il-patri mill-Brittanja Émilion (għall-ħabta tas-767)[4], li kien jivvjaġġa ħafna biex ixandra l-bxara, u li waqaf jgħix hemmhekk f'eremitaġġ imnaqqax fil-blat fis-seklu 8. Il-patrijiet li segwewh taw bidu għall-produzzjoni tal-inbid kummerċjali fiż-żona.

Minħabba li Saint-Émilion jinsab fuq ir-rotta tal-Pellegrinaġġ ta' San Ġakbu, bosta monasteri u knejjes inbnew matul il-Medju Evu, u fl-1199, taħt it-tmexxija Brittanika ta' Plantagenet, ir-raħal ingħata drittijiet sħaħ. Matul is-sekli 12 u 13, l-inbejjed prodotti fiż-żona kienu rinomati ferm għall-kwalità tagħhom, għalkemm l-instabbiltà politika matul il-gwerer Ewropej tar-reliġjon affettwaw il-vinji b'mod negattiv. Ir-reġjun beda jirkupra biss lejn l-aħħar tas-seklu 19.[2]

Ġeografija u deskrizzjoni

immodifika

Saint-Émilion jinsab 35 kilometru fil-Grigal ta' Bordeaux, bejn Libourne u Castillon-la-Bataille. Il-vinji jirrappreżentaw iktar minn 67 % tat-territorju tal-komun.[5] Fi ħdan ir-reġjun hemm taħlita ta' arkitettura reliġjuża Rumaneska Medjevali u "chateaux" fil-vinji, li nbnew fis-sekli 18 u 19. Madankollu, fil-villaġġi l-biċċa l-kbira tal-binjiet huma djar mudesti ta' sular li jmorru lura għas-seklu 19.[2]

 
Veduta panoramika ta' Saint-Émilion

Sit ta' Wirt Dinji

immodifika

Il-Ġurisdizzjoni ta' Saint-Émilion ġiet iddeżinjata bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1999.[2]

Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' żewġ kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (iii) "Xhieda unika jew minn tal-inqas eċċezzjonali ta' tradizzjoni kulturali jew ta' ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet"; u l-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem".[2]

Popolazzjoni

immodifika
Popolazzjoni storika
Sena Pop. ±%
1800 2,761 —    
1851 2,828 +2.4%
1861 3,014 +6.6%
1872 3,059 +1.5%
1881 3,034 −0.8%
1891 3,233 +6.6%
1901 3,392 +4.9%
1911 3,408 +0.5%
1921 3,165 −7.1%
1931 3,367 +6.4%
1946 3,232 −4.0%
Sena Pop. ±%
1954 3,252 +0.6%
1962 3,335 +2.6%
1968 3,403 +2.0%
1975 3,323 −2.4%
1982 3,010 −9.4%
1990 2,799 −7.0%
1999 2,345 −16.2%
2006 2,124 −9.4%
2007 2,090 −1.6%
2008 2,020 −3.3%
2012 1,931 −4.4%
 
Veduta tar-raħal ta' Saint-Émilion

Attrazzjonijiet

immodifika
  • Il-Knisja Rumaneska
  • Il-Knisja monolitika, imnaqqxa minn irdum tal-ġebla tal-ġir
 
Il-Knisja Monolitika ta' Saint-Émilion u t-torri tal-kampnar tagħha

Iż-żona ta' Saint-Émilion hija waħda miż-żoni prinċipali tal-inbid aħmar ta' Bordeaux flimkien ma' Médoc, Graves u Pomerol. Ir-reġjun huwa ferm iżgħar minn Médoc u jinsab maġenb Pomerol. Bħal fil-każ ta' Pomerol u denominazzjonijiet oħra fix-xatt tal-lemin tal-Gironde, il-varjetajiet primarji ta' għeneb li jintużaw huma l-Merlot u l-Cabernet Franc, b'ammonti relattivament żgħar ta' Cabernet Sauvignon li jintużaw minn xi châteaux.

L-inbejjed ta' Saint Émilion ma ġewx inklużi fil-klassifikazzjoni ta' Bordeaux ta' 1855. L-ewwel klassifikazzjoni formali f'Saint-Émilion saret fl-1955. Għad-differenza tal-klassifikazzjoni tal-1855, din tiġi reveduta regolarment.

Festival tal-Jazz ta' Saint-Émilion

immodifika

Mill-2012 'l hawn, Saint-Émilion jospita festival tal-jazz fl-aħħar ta' Lulju.[6]

Nies notevoli

immodifika

Referenzi

immodifika
  1. ^ "Populations légales 2019 − Commune de Saint-Émilion (33394) | Insee". www.insee.fr. Miġbur 2022-03-20.
  2. ^ a b ċ d e f Centre, UNESCO World Heritage. "Jurisdiction of Saint-Emilion". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-03-20.
  3. ^ "Site de l'Office de Tourisme du Grand Saint-Emilionnais". www.saint-emilion-tourisme.com. Miġbur 2022-03-20.
  4. ^ "CATHOLIC ENCYCLOPEDIA: Bordeaux". www.newadvent.org. Miġbur 2022-03-20.
  5. ^ "Evalwazzjoni tal-Korp Konsultattiv (ICOMOS): Saint-Emilion (Franza), Nru. 932".
  6. ^ Leray, Cédric. "Éditions passées" (bil-Franċiż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2022-01-19. Miġbur 2022-03-20.