K. Sint-Niklase SKE
Sint-Koninkijkle Niklaasse Sportkring Excelsior (aktar familjari magħrufa bħala SK Sint-Niklaas) huwa klabb tal-futbol Belġjan li bħalissa huwa xolt, hu kien ibbażat ġewwa Sint-Niklaas fil-Fjandri tal-Lvant. Huwa kellu n-numru 221 tal-matricule. Il-kuluri tradizzjoni tal-klabb huma isfar u blu. Il-klabb twaqqaf fl-1920, huwa għandu storja kbira, mifruxa mal-adattamenti tal-isem uffiċjali tiegħu. L-aħħar isem tiegħu tal-amalgamazzjoni kien bejn K. Sint-Niklaase SK (numru 221) u Royal Excelsior AC Sint-Niklaas (Numru 239), li l-kuluri tagħhom kienu ħodor u suwed. Fil-fondazzjoni tiegħu, il-klabb ġie msemmi FC Beerschot u rid issir Beerschot VV Sint-Niklaas. Iżda l-azzjoni ta' R. Beerschot VAC, il-mexxejja tal-ħin għażlet isem ieħor. Huma għażlu Sportkring Sint-Niklaassche għall-affiljazzjoni għall-Assoċjazzjoni Rjali tal-futbol Belġjan. Il-klabb laħaq l-ogħla diviżjoni fl-1926 u qatt ma ġie relegat sat-tmiem fl-2000, b'kollox huma damu 71 staġuni konsekuttivi. Il-klabb nefaq ħafna mill-ħajja tiegħu bejn it-tieni u t-tielet livelli tal-futbol Belġjan. Fl-aħħar tal-istaġun 1999-2000, il-klabb finanzjarjament kellhu jiġi xolt. Huwa tgħaqqad ma' Lokeren KSC biex b'hekk inħoloq l-isem ta' K. Sporting Lokeren Sint-Niklaas WAASLAND. Iżda dan l-isem inżamm għal tliet snin. Fl-2003, il-klabb FC Nieuwkerken bidel ismu ghal FC Nieuwkerken St-Niklaas, u ftit wara sar FCN St-Niklaas. Fil-bidu tal-istaġun 2010-2011, in-numru 9264 intgħażel biex ifakkar in-numru "storiku" 221: Sportkring Sint-Niklaas (jew SK St Niklaas).
Isem sħiħ |
Koninklijke Sint-Niklase Sportkring Excelsior | |
---|---|---|
Ismijiet oħra |
Football Club Beerschot Beerschot VV Sint-Niklaas Sint-Niklaassche SK Sint-Niklaasse SK SK Sint-Niklaase | |
Fundazzjoni | 1920 | |
Xoljiment | 2000 | |
Grawnd | Puyenbekestadion, Sint-Niklaas | |
Kowċ | Gustaaf Van Goethem (en) | |
Kampjonat | Belgian Third Division (en) | |
|
Plejers notevoli
immodifikaĦoloq esterni
immodifika- ?