Rubin
Ir-Rubin (Phragmatobia fuliginosa ssp. melitensis) hija kamla endemika fil-Gzejjer Maltin u tifforma parti mill-familja Arctiidae.
Rubin | |
---|---|
Klassifikazzjoni xjentifika | |
Renju | Animalia |
Phylum | Arthropoda |
Klassi | Insecta |
Ordni | Lepidoptera |
Familja | Erebidae (en) |
Ġeneru | Phragmatobia |
Speċi | Phragmatobia fuliginosa |
sottospeċi | Phragmatobia fuliginosa melitensis Bang-Haas (en), 1927
|
Informazzjoni ġenerali
immodifikaDin il-kamla tista' tikber sa 20mm.[1] Il-ġwienaħ ta' quddiem huma kannella skur filwaqt li il-ġwienaħ ta' wara huma ħomor u roża. Wieħed jista' jinnota wkoll xi marki fuq il-ġwienaħ; dawk ta' quddiem għandhom tik'ka waħda u waqt li ta' wara għandhom madwar erba' tikek kull waħda.
Il-larva tal-kamla tidher qiesha miksija bis-suf, ħaġa komuni f'dawn it-tipi ta' kamla. Fil-fatt, bl-Ingliż jissejħu wooly bears.
Ikel
immodifikaIl-larva tiekol il-fidloqqom Borrago officinalis, u pjanti mill-ġeneru Echium (eż. Lsien il-Fart Abjad) Echium italicum (Pale Bugloss bl-Ingliż).[1]