Riżerva Naturali ta' Tigrovaya Balka

żona forestali protetta u Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fit-Taġikistan

Ir-Riżerva Naturali ta' Tigrovaya Balka hija riżerva naturali fit-Taġikistan li tinsab fil-konfluwenza tax-xmajjar Vakhsh u Panj li jiffurmaw ix-xmara Amu Darya. Tkopri madwar 40 kilometru (25 mil) mil-Lbiċ sal-Grigal, b'erja ta' 460 km2 (180 mil kwadru). Il-Foresti Tugay u r-Riżerva Naturali ta' Tigrovaya Balka tniżżlu fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2023.[1]

Deskrizzjoni

immodifika

Ir-Riżerva Naturali ta' Tigrovaya Balka ġiet deskritta bħala l-iżjed riżerva naturali importanti fl-Asja Ċentrali, minħabba d-daqs kbir u d-diversità ekoloġika tagħha. Barra minn hekk, hija importanti ħafna għall-ekosistemi ta'speċijiet rari ta' foresti tugay jew riparji.

L-ogħla elevazzjonijiet jaslu sa madwar 1,200 metru (3,900 pied).[2] Il-klima hija kontinentali u niexfa, filwaqt li l-ħabitats differenti tar-Riżerva Naturali ta' Tigrovaya Balka jinkludu s-semideżerti, il-bwar tal-ħaxix qishom is-savanna b'siġar tal-pistaċċi, u veġetazzjoni tal-foresti tugay b'luq, b'silverberries Russi u ħaxix għoli.

Ir-riżerva naturali kienet waħda mill-aħħar ħabitats b'saħħithom tat-tigra tal-Kaspju, u l-passi tagħha ġew individwati fir-riżerva għall-aħħar darba fl-1953.[3] Attwalment, ir-Riżerva Naturali ta' Tigrovaya Balka għadha tospita l-priża prinċipali oriġinali tat-tigra, iċ-ċerva Baktrijana rari. Speċijiet kbar oħra tar-riżerva jinkludu l-jena tal-istrixxi, ix-xakall dehbi, il-qattus selvaġġ tal-imraġ, iċ-ċingjali, l-għażżiela ta' denbha iswed, il-porkuspin, in-nutrija li ġiet introdotta, il-lupu griż, il-volpi aħmar, u l-urjal fl-għoljiet.

ħolqa=https://tg.wikipedia.org/wiki/%D0%90%D0%BA%D1%81:Netta_rufina_(Red-crested_Pochard)_Male,_London_Wetland_Centre_-_Diliff.jpg|daqsminuri|Brajmla tat-toppu aħmar fir-riżerva naturali. Ir-riżerva ġiet identifikata mill-BirdLife International bħala Żona Importanti għall-Għasafar minħabba li ssostni għadd sinifikanti mill-popolazzjonijiet ta' diversi speċijiet ta' għasafar, bħala residenti, bħala nissiela, bħala speċijiet li jieqfu jistrieħu hemmhekk għax-xitwa jew bħala għasafar tal-passa. Dawn jinkludu l-brajmla tat-toppu aħmar, il-margun żgħir, il-falkuni saker, it-tiġieġa tal-baħar, il-grawwa, il-ħamiema ta' daharha ċar, il-kokka, il-buqrajq tal-Eġittu, il-bulebbiet tal-ġwienaħ bojod, iċ-ċawlun ta' għonqu kannella, il-fjorentin, l-alwetta qastnija tad-deżert, il-bagħal tal-istrixxi, il-bagħal ta' Sykes, il-bagħal Asjatiku tad-deżert, il-pespus ta' Saxaul u l-isponsun tad-deżert.[4]

Sit ta' Wirt Dinji

immodifika

Il-Foresti Tugay u r-Riżerva Naturali ta' Tigrovaya Balka ġew iddeżinjati bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2023.[1]

Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' kriterju wieħed tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (ix) "Eżempju straordinarju li jirrappreżenta proċessi ekoloġiċi u bijoloġiċi kontinwi sinifikanti fl-evoluzzjoni u fl-iżvilupp ta' ekosistemi u ta' komunitajiet ta' pjanti u ta' annimali terrestri, tal-ilma ħelu, kostali u tal-baħar".[1]

Referenzi

immodifika
  1. ^ a b ċ "Tugay forests of the Tigrovaya Balka Nature Reserve - UNESCO".
  2. ^ Manzoor Alam, S.; Atiya Habeeb Kidwai. 1987. Regional Imperatives In Utilization And Management Of Resources : India And the USSR. Naurang Rai Concept Publishing Company, New Delhi, l-Indja.
  3. ^ Geptner, V.G., Sludskii, A. A., (1972) Mlekopitaiuščie Sovetskogo Soiuza. Vysšaia Škola, Moskva. (In Russian; English translation: Heptner, V.G.; Sludskii, A.A.; Bannikov, A.G.; (1992) Mammals of the Soviet Union. Volume II, Part 2: Carnivora (Hyaenas and Cats). Smithsonian Institution and the National Science Foundation, Washington DC). pp. 95–202.
  4. ^ "BirdLife International". BirdLife International (bl-Ingliż). 2024-10-11. Miġbur 2024-10-13.