Prim Imħallef ta' Malta

Il-Prim Imħallef ta' Malta huwa l-primus inter pares tal-membri tal-ġudikatura Maltija u jmexxi n-negozju tal-Qrati Superjuri ta' Malta.

Il-Prim Imħallef jinħatar mill-President ta' Malta b’riżoluzzjoni ta’ żewġ terzi tal-Kamra tad-Deputati ta' Malta.

Il-Kumitat tal-Ħatriet Ġudizzjarji, li huwa inkarigat li jirrakkomanda l-ħatra tal-membri tal-ġudikatura, ma jiġix ikkonsultat dwar il-ħatra tal-Prim Imħallef. Dan biex jiġi żgurat li l-Prim Imħallef li joħroġ ma jkollux leħen dwar l-għażla tas-suċċessur tiegħu/tagħha.