Porfirio Barba-Jacob
Miguel Ángel Osorio Benítez (twieled fid-29 ta' Lulju 1883 – miet fl-14 ta' Jannar 1942), magħruf aħjar bil-psewdonimu tiegħu, Porfirio Barba-Jacob, kien poeta u kittieb Kolombjan.
Porfirio Barba-Jacob | |
---|---|
Ħajja | |
Twelid | Santa Rosa de Osos, 29 Lulju 1883 |
Nazzjonalità | Kolombja |
L-ewwel lingwa | Spanjol |
Mewt | Belt tal-Messiku, 14 Jannar 1942 |
Kawża tal-mewt | kawżi naturali (tuberkulożi) |
Edukazzjoni | |
Alma mater | Universidad Externado de Colombia (en) |
Lingwi | Spanjol |
Okkupazzjoni | |
Okkupazzjoni |
poeta kittieb |
Xogħlijiet importanti | Q123029086 |
Psewdonomu | Porfirio Barba Jacob, Maín Ximénezu Ricardo Arenales |
Bijografija
immodifikaHuwa twieled f'Santa Rosa de Osos, Antioquia. Il-ġenituri tiegħu kienu Antonio María Osorio u Pastora Benítez, u trabba min-nanniet tiegħu f'Angostura. Fl-1895 huwa beda jivvjaġġa, l-ewwel fi ħdan il-Kolombja, u mbagħad mill-1907 lejn l-Amerka Ċentrali u l-Istati Uniti, qabel ma beda jgħix fil-Belt tal-Messiku mill-1930.
Għall-ħabta tal-1902 f'Bogotá, huwa stabbilixxa r-rivista letterarja El cancionero antioqueño (Il-ktieb tal-kanzunetti ta' Antioquia), li ġestixxa bil-psewdonimu Marín Jiménez. Ftit wara, huwa kiteb ir-rumanz Virginia, li qatt ma ġie ppubblikat peress li l-manuskritt oriġinali ġie kkonfiskat mis-sindku ta' Santa Rosa de Osos fuq allegazzjoni ta' immoralità.
Fl-1906 huwa mar jgħix f'Barranquilla fejn adotta l-psewdonimu Ricardo Arenales. Huwa kompla juża dan il-psewdonimu sal-1922 meta fil-Gwatemala huwa adotta psewdonimu ġdid li baqa' jużah għall-bqija ta' ħajtu: Porfirio Barba-Jacob. Għall-ħabta tal-1907, dejjem f'Barranquilla, huwa kiteb l-ewwel poeżiji tiegħu, bħal pereżempju Árbol viejo, Campiña florida, u l-iktar xogħol famuż tiegħu Canción de la vida profunda (Kanzunetta tal-ħajja profonda).
Matul il-vjaġġ tiegħu fl-Amerka Ċentrali, il-Messiku u l-Istati Uniti, huwa kkontribwixxa f'ħafna rivisti u ġurnali. Huwa sar ħbieb ma' Porfirio Díaz, u dan wassal biex kellu jaħrab lejn il-Gwatemala, imbagħad lejn Kuba, minħabba li ma qabilx ma' Manuel Estrada.
Fl-1918 huwa rritorna lejn il-Messiku, fejn jingħad li huwa kiteb bijografija ta' Pancho Villa. Fl-1922 huwa ġie espuls mill-pajjiż minn Álvaro Obregón u reġa' ħarab lejn il-Gwatemala, fejn reġa' ġie espuls fl-1924 minn Jorge Ubico. Barba-Jacob imbagħad mar lejn El Salvador, u wara li ġie ddeportat minn Alfonso Quiñones, ivvjaġġa lejn il-Honduras, New Orleans u Kuba. Fl-1927 huwa rritorna lejn il-Kolombja u, wara xi artikli u kontributi fil-ġurnal Kolombjan El Espectador, huwa telaq mill-Kolombja f'dak li mbagħad kellu jkun l-aħħar vjaġġ tiegħu.
Huwa miet fl-1942 bit-tuberkulożi fil-Belt tal-Messiku. Erba' snin wara mewtu, fil-11 ta' Jannar 1946, l-irmied tiegħu ġew mitluba mill-gvern Kolombjan u ġie rritornat fir-Rotonda de los Hombres Ilustres. Matul ħajtu, Barba-Jacob kien iddikjara apertament li kien omosesswali.
Xogħlijiet ewlenin
immodifika- Poemas intemporales
Referenzi
immodifikaĦoloq esterni
immodifikaWikimedia Commons għandha fajls multimedjali li għandhom x'jaqsmu ma': Porfirio Barba-Jacob (Porfirio Barba Jacob) |