Pontormo
Ħajja
Twelid Empoli, 24 Mejju 1494
Mewt Firenze, 31 Diċembru 1556 (Gregorian)
Familja
Missier Bartolommeo di Jacopo di Martino
Edukazzjoni
Lingwi Taljan
Għalliema Piero di Cosimo
Andrea del Sarto
Leonardo da Vinci
Studenti
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni pittur
disinjatur
Post tax-xogħol Firenze
Xogħlijiet importanti Viżitazzjoni a' Carmignano
Vertumnu u Pomona
Pala Pucci
It-Tniżżil mis-Salib
Q3693900 Translate
Moviment Manjeriżmu
Moviment artistiku ritratt

Jacopo Carucci (twieled fl-24 ta' Mejju 1494 – miet fit-2 ta' Jannar 1557), ġeneralment magħruf bħala Jacopo da Pontormo, Jacopo Pontormo, jew sempliċiment Pontormo, kien pittur u ritrattista Manjerist Taljan mill-Iskola Fjorentina. Ix-xogħol tiegħu jirrappreżenta bidla stilistika profonda mir-regolarità kalma tal-perspettiva li kkaratterizzat l-arti tar-Rinaxximent Florentin.[1] Huwa famuż għall-użu ta' pożi mtewmin, flimkien ma' perspettiva ambigwa; il-figuri tiegħu ħafna drabi jidhru jtiru f'ambjent inċert, mingħajr l-effet tal-forza tal-gravità.

Bijografija u xogħol bikri

immodifika

Jacopo Carucci twieled f'Pontorme, ħdejn Empoli, minn Bartolomeo di Jacopo di Martino Carrucci u Alessandra di Pasquale di Zanobi. Vasari jirrakkonta kif it-tifel orfni, "żagħżugħ, melankoniku, u solitarju", kien imur minn pittur għall-ieħor meta kien apprendist żagħżugħ:

Jacopo ma kienx ilu xahrejn Firenze meta Bernardo Vettori bagħtu joqgħod għand Leonardo da Vinci, u mbagħad ma' Mariotto Albertinelli, Piero di Cosimo, u fl-aħħar, fl-1512, għand Andrea del Sarto, li ma tantx dam miegħu, għax wara li lesta d-disinji għall-arkata tas-Serviti, ma jidhirx li Andrea qabel miegħu, kienet x'kienet ir-raġuni.
Visitation, 1514–1516; Affresk; 392 x 337 cm; SS. Annunziata, Florence
Viżitazzjoni, 1528–29, Knisja ta' San Francesco e Michele, Carmignano

Pontormo kien jaħdem Firenze u madwarha ħafna drabi taħt il-patroċinju tal-Medici. Żjara li għamel f'Ruma, l-aktar biex jara x-xogħol ta' Mikelanġlu, influwenzat ħafna l-istil tiegħu ta' aktar tard, b'figuri b'wiċċhom tturmentat u ġisimhom tawwali li kienu saru karatteristiċi tax-xogħol tiegħu. Bħala eżempju tal-istil bikri ta' Pontormo insibu l-affresk li juri l- Viżitazzjoni tal-Madonna lil Santa Eliżabetta, bil-figuri tiegħu bilanċjati, qishom f'żifna, impinġija bejn l-1514 u l-1516.

Din il-Viżitazzjoni bikrija tagħmel kuntrast interessanti mal-pittura tiegħu tal-istess suġġett li saret madwar għaxar snin wara, li llum tinsab fil-knisja parrokkjali ta' San Mikiel Arkanġlu f'Carmignano, madwar 20 km fil-punent ta' Firenze. Meta nqegħdu dawn iż-żewġ pitturi maġenb xulxin — waħda mill-istil bikri tiegħu, u l-oħra mill-perjodu matur tiegħu— naraw ċar l-iżvilupp artistiku ta' Pontormo. Fl-ewwel xogħol, Pontormo huwa ħafna eqreb fl-istil tal-għalliem tiegħu, Andrea del Sarto, u tal-prinċipji artistiċi tar-rinaxximent tal-bidu tas-seklu sittax. Pereżempju, il-figuri jinsabu fi ftit inqas minn nofs l-għoli tal-pittura sħiħa, u għalkemm daqsxejn aktar iffullata milli kien jippreferi l-bilanċ strett tar-rinaxximent għoli, tal-inqas imqegħdin f'ambjent arkitettoniku klassikifikanti f'distanza komda mill-ispettatur. Fix-xogħol ta' wara, il-ispettatur jinġieb kważi qrib wisq il-Madonna u Santa Eliżabetta, li jersqu lejn xulxin fi sħab ta' drappijiet. Barra minn hekk, l-ambjent arkitettoniku ċar li huwa mibni bir-reqqa fl-ewwel piitura ġie abbandunat għal kollox favur ambjent urban vag.

 
Ġużeppi fl-Eġittu, 1515–1518; Żejt fuq panew; 96 x 109 cm; Gallerija Nazzjonali, Londra

Il-kwadri tiegħu dawr il-ħajja ta' Ġużeppi tat-Testment il-Qadim (issa fin-National Gallery ta' Londra) joffru eżempju ieħor tal-istil li kien qed jiżviluppa Pontormo. Impinġijin madwar l-istess żmien tal-ewwel Viżitazzjoni, dawn ix-xogħlijiet (bħal Ġużeppi fl-Eġittu, fuq ix-xellug) juru xejra ferm aktar manjerista. Skont Giorgio Vasari, dak li ppoża għat-tifel bilqiegħda fuq tarġa kien l-apprendist żagħżugħ tiegħu, Bronzino.

Fis-snin bejn il-Viżitazzjoni tas-SS Annunziata u dik ta' San Michele, Pontormo ħa sehem fid-dekorazzjoni bl-affreski tas-sala tal-villa fil-kampanja tal-Medici f'Poggio a Caiano (1519-1520), 17 km fil-Majjistral it-Tramuntana ta' Firenze. Hemmhekk pinġa affreski fi stil ta' ġeneru pastorali, mhux komuni għall-pitturi Florentini; is-suġġett tal-affreski kien il-leġġenda klassika ma tantx magħrufa ta' Vertumnu u Pomona f'lunetta .

 
Minn lunetta ta' Vertumnu u Pomona, 1520–21

Fl-1522, meta faqqgħet il-pesta f'Firenze, Pontormo mar joqgħod iċ-Certosa di Galluzzo, monasteru tal-Kartużjani bil-klawsura fejn il- patrijiet kellhom il-vot ta' silenzju. Pinġa sensiela ta' affreski, issa pjuttost bil-ħsara, fuq il-passjoni u l-qawmien ta' Kristu. Dawn l-affreski juru b'mod speċjali l-influwenza tal-inċiżjonijiet ta' Albrecht Dürer, li ta' spiss ispiraw lil Pontormo wara li mar lura Firenze.[2]

Xogħlijiet ewlenin f'Firenze

immodifika
 
It-Tniżżil mis-Salib, 1525–1528

It-titular kbir għall-Cappella Capponi ddisinjata minn Brunelleschi fil-knisja ta' Santa Felicita, Firenze, li turi It-Tniżżil mis-Salib (1528), hija meqjusa minn ħafna bħala l-kapulavur ta' Pontormo.

Il-figuri, b'forom immudellati b'mod qawwi u kuluri brillanti jinsabu magħqudin f'kompożizzjoni enormi, kumplessa u vortikuża, li tinsab fi spazju li m'għandux ħafna fond. Għalkemm is-soltu magħrufa bħala It-Tniżżil mis-Salib, m'hemm l-ebda salib fil-pittura. Ix-xena tista' tiġi msejħa Lamentazzjoni jew L-Erfiegħ tal-Ġisem ta' Kristu. Dawk li qed iniżżlu lil Kristu jidhru imnikktin daqs dawk li qed jibku. Għalkemm qed iġorru t-toqol ta' raġel kiber, bilkemm jidhru li qed imissu l-art; il-figura t'isfel b'mod partikolari qed tibbilanċja b'mod delikat u mhux plawsibbli fuq iż-żewġ swaba' ta' saqajha ta' quddiem. Dawn iż-żewġ żgħażagħ ġieli jiġu interpretati bħala anġli, iġorru lil Kristu fil-vjaġġ tiegħu lejn is-Sema. F'dak il-każ, is-suġġett tal-istampa jersaq aktar lejn Id-Dfin, għalkemm il-fatt li m'hemmx qabar jmur kontra dik it-teorija, hekk kif in-nuqqas ta' salib joħloq problema għall-interpretazzjoni ta' Tniżżil. Fl-aħħarnett, ġie nnutat ukoll li l-pożizzjonijiet ta' Kristu u l-Verġni donnhom jirrepetu dawk tal-pożizzjonijiet tal-Pietà ta' Mikelanġlu f'Ruma, għalkemm hawn fit-Tniżżil l-omm u binha ġew mifrudin. B'hekk, minbarra elementi ta' Lamentazzjoni u Dfin, din il-kwadru fih ħjiel ta' Pietà.[3] Hemm min jaħseb li l-figura bil-baffi fl-isfond fil-lemin nett huwa awto-ritratt ta' Pontormo bħala Ġużeppi minn Arimatija.

 
Il- Lunzjata, affresk

Fuq il-ħajt fuq il-lemin tat-Tniżżil, Pontormo pinġa affresk bix-xena tal-Annunzjazzonji (fuq ix-xellug). Bħal fil-każ tat-Tniżżil, l-attenzjoni ewlenija tal-artist hija fuq il-figuri nfushom aktar milli fuq l-ambjent tagħhom. Imqegħdin kontra ħitan bojod, l-Anġlu Gabrijel u l- Verġni Marija huma ppreżentati f'ambjent simplifikat ħafna. Id-dettalji arkitettoniċi fittizji fuq kull wieħed minnhom, huma mpinġijin biex jixbħu l-pietra serena (ġebel griż) tal-intern ta' Santa Felicità, u b'hekk jgħaqqdu l-ispazju tagħhom mal-ispazju attwali tal-ispettatur. Il-kuntrast kbir bejn il-figuri u madwarhom jagħmel il-ħwejjeġ brillanti tagħhom kważi donnhom jiddu fid-dawl tat-tieqa ta' bejniethom, kontra l-isfond sempliċi, bħallikieku l-koppja dehret mirakolużment f'estensjoni tal-ħajt tal-kappella. L-Annunzjazzjoni tixbaħ il-Viżitazzjoni tiegħu imsemmija hawn fuq li qiegħda fil-knisja ta' San Michele f'Carmignano kemm fl-istil u l-qagħdiet qishom jittajru tal-figuri.

Vasari jgħidilna li l-koppla kienet oriġinarjament impinġija b'Alla l-Missier u Erba' Patrijarki. Id-dekorazzjoni fil-koppla tal-kappella issa ntilfet, iżda baqa' erba' medaljuni tondi bl-Evanġelisti jżejnu l-pennakki, mpinġijin minn Pontormo u l-istudent ewlieni tiegħu Agnolo Bronzino, flimkien. Iż-żewġ artisti tant ikkollaboraw mill-qrib li l-ispeċjalisti għadhom jiddiskutu liema medaljuni pinġew.

Dan ix-xogħol ħadlu tliet snin lil Pontormo biex ilestih. Skont Vasari, billi Pontormo xtaq fuq kollox li “jagħmel l-affarijiet kif irid hu mingħajr ma jkun imdejjaq minn ħadd,” hu għalaq il-kappella biex ħadd ma jindaħallu. Vasari jkompli jgħid, “U għalhekk, wara li pinġieha bil-mod tiegħu mingħajr ma ħadd minn sħabu jkun jista' jindikalu xi ħaġa jew oħra, fl-aħħar inkixfet u Firenze kollha baqgħet mistgħaġba. . ."[4]

Hemm għadd ta' xogħlijiet oħra ta' Pontormo li għadhom Firenze; fil-Galleria degli Uffizi hemm l-Ikla f'Emmaws kif ukoll xi ritratti.

Ħafna mill-kwadri l-aktar magħrufa ta' Pontormo, bħas-sensiela bikrija ta' Ġużeppi fl-Eġittu (c. 1515) u l-Martirju ta' San Maurizju u l-Leġjun Teban (c. 1531) juru folol ta' nies jduru f'contrapposto estrem ta' ħafna pożizzjonijiet varjati.

Ir-ritratti tiegħu, karatteristiċi ħafna, juru l-istess proporzjonijiet Manjeristi.

Xogħlijiet mitlufin jew bil-ħsara

immodifika
 
Kristu u l-Ħolqien ta' Eva
 
Studju għad-Dilluvju
 
Mejtin fil-Ġudizzju Universali

Ħafna mix-xogħlijiet ta' Pontormo ġarrbu l-ħsara, fosthomm il-lunetti għall-kjostru fil-monasteru Kartużjan ta' Galluzo. Issa huma murija ġewwa fl-istat bil-ħsara.

Forsi l-aktar traġiku huwa t-telf tal-affreski mhux mitmuma għall-kor tal-Bażilika ta' San Lorenzo, Firenze li ħadulu l-aħħar għaxar snin ta' ħajtu.[5] L-affreski tiegħu kienu juru l-Ġudizzju Universali magħmul minn tgħaqqida inkwetanti ta' figuri jitqawxu. It-tpinġijiet fuq il-karta li fadal, li juru sriebet strambi u mistiċi ta' iġsma, għandom effett kważi alluċinatorju. Il-pittura tal-figuri Fjorentina kienet sa dak iż-żmien saħqet prinċipalment fuq figuri lineari u skulturali. Pereżempju, il-Kristu fil-Ġudizzju Universali ta' Mikelanġlu fil-Kappella Sistina huwa massa solida, mimlija rabja ħarxa; b'kuntrast, Ġesù fil-Ġudizzju Universali ta' Pontormo għandu poża mibruma u milwija, bħal mewġa fis-smewwiet. L-anġli jduru madwaru f'pożizzjonijiet saħansitra aktar serpentini. Waqt li x-xogħol ta' Pontormo mis-snin 1520 deher li kien jittajjar f'dinja ftit mimsusa mill-forza gravitazzjonali, il-figuri tal-Ġudizzju Universali donnhom ħarbu minnha għal kollox.

Fil-Ġudizzju Univerali, Pontormo mar kontra t-tradizzjoni pittorjali u teoloġika billi poġġa lil Alla l-Missier f'riġlejn Kristu, minflok 'il fuq minnu, idea li Vasari sabha ferm inkwetanti:

Imma qatt ma stajt nifhem is-sinifikat ta' din ix-xena,. . . Jiġifieri, x'ried jgħid biha f'dik il-parti fejn hemm Kristu fil-għoli, iqajjem il-mejtin, u taħt saqajh hemm Alla l-Missier, li qed joħloq lil Adam u Eva. Barra dan, f'waħda mill-kantunieri, fejn jinsabu l-erba' Evanġelisti, nudi, bil-kotba f'idejhom, ma jidhirlix li f'post wieħed ta ħsieb għal xi ordni ta' kompożizzjoni, jew kejl, jew ħin., jew varjetà fl-irjus, jew diversità fil-kuluri tal-laħam, jew, f'kelma waħda, għal kwalunkwe regola, proporzjon jew liġi tal-perspettiva, għax ix-xogħol kollu huwa mimli figuri nudi b'ordni, disinn, invenzjoni, kompożizzjoni, kulur, u pittura maħduma skond il-metodu tiegħu biss. . .

Valutazzjoni kritika u wirt

immodifika

Il-Ħajja ta' Pontormo ta' Vasari turih bħala wieħed magħluq fih innifsu u nevrotku waqt li fl-istess ħin kien fiċ-ċentru tal-artisti u l-patruni ta' żmienu. Din ix-xbieha ta' Pontormo influwenzat il-kunċett popolari tal-artist, kif jidher fil-film ta' Giovanni Fago, Pontormo - un amore eretiko. Fago jpinġi lil Pontormo bħala wieħed mifni b'dedikazzjoni solitarja u fl-aħħar mill-aħħar paranojka għall-proġett finali tiegħu tal-Ġudizzju Universali, li ħafna drabi żamm mistur minn dawk li riedu jarawh. Madankollu, kif irrimarkat l-istorika tal-arti Elizabeth Pilliod, Vasari kien f'kompetizzjoni ħarxa mal-bottega ta' Pontormo/Bronzino fiż-żmien meta kien qed jikteb il-Ħajja tiegħu tal-Pitturi, Skulturi u Arkitetti l-aktar Eċċellenti. Din ir-rivalità professjonali bejn iż-żewġ botteghe setgħet tat lil Vasari motivazzjoni abbundanti biex lill-avversarju tiegħu inaqqaslu l-patroċinju tal-Medici.[6]

 
Ritratt ta' Maria Salviati, il-mara tal-mexxej militari famuż Giovanni delle Bande Nere de' Medici, u Giulia, qariba tal-Medici li tħalliet fil-kura ta' Maria wara l-qtil ta' missier it-tifla;[7] Walters Art Museum

Forsi b'riżultat tat-twaqqigħ għaċ-ċajt ta' Vasari, jew forsi minħabba l-kapriċi tal-gost estetiku, ix-xogħol ta' Pontormo ma baqax moda għal xi ftit sekli. Il-fatt li ħafna mix-xogħlijiet tiegħu ntilfu jew saritilhom ħsara serja huwa xhieda ta' din it-traskuraġni, għalkemm l-istoriċi tal-arti kontemporanja reġgħu bdew jieħdu interess fih. Tabilħaqq, bejn l-1989 u l-2002, il-pittura ta' Pontormo, Ritratt ta' Alabardier (fuq il-lemin), kienet il-pittura tal-maestri l-kbar l-aktar għalja fid-dinja.

Kienx veru jew le r-rakkont ta' Vasari, huwa ċertament minnu li l-idjosinkrażi artistiċi ta' Pontormo pproduċew stil li ftit kienu kapaċi (jew lesti) jimitaw, bl-eċċezzjoni tal-eqreb student tiegħu Bronzino. Ix-xogħol bikri ta' Bronzino tant hu qrib ta' dak tal-għalliem tiegħu, li min hu l-awtur ta' diversi pitturi mill-għoxrinijet u t-tletinjijiet tas-seklu 16 għadu qed jiġu kkontestat—per eżempju, l-erba' tondi li fihom l-Evanġelisti fil-Kappella Capponi, u r-Ritratt ta' Sinjura liebsa l-Aħmar li issa qiegħed Frankfurt.

Pontormo għandu ftit mill-manjeriżmu ta' Rosso Fiorentino u ta' Parmigianino. B'ċertu mod antiċipa l-Barokk kif ukoll l-istil mimli tensjoni ta' El Greco. L-eċċentriċitajiet tiegħu rriżultaw ukoll f'sens oriġinali ta' kompożizzjoni. F'xi pitturi, il-kompożizzjonijiet tiegħu huma koeżivi imma mhux dejjem. Il-figuri fit-Tniżżil, pereżempju, jidhru li qed jirfdu 'l xulxin: bit-tneħħija ta' xi waħda minnhom il-kompożizzjoni taqa' kollha, waqt li f'xogħlijiet oħra, bħal fil-kwadri ta' Ġużeppi, hemm folla konfuża ta' nies. Imma mbagħad fit-tpinġijiet ta' wara narawh fużjoni grazzjuża ta' iġsma f'kompożizzjoni li tinkludi l-forma ovali madwar Ġesù fil-Ġudizzju Universali.

Antoloġija tax-xogħlijiet

immodifika
 
Ritratt ta' Alabardier, 1528 – 1530, żejt fuq tila, J. Paul Getty Museum, Los Angeles
 
Ritratt ta' Sinjura liebsa l-Aħmar, ca. 1532 – 1535, żejt fuq panew, Städelsches Kunstinstitut und Städtische Galerie, Frankfurt; diversiment attribwita lil Pontormo jew Bronzino [8]

Xogħlijiet bikrin (sal-1521)

immodifika
Pittura Data Sit Link
Leda u ċ-Ċinju (attribuzzjoni inċerta) 1512–1513 Galleria degli Uffizi, Firenze
Apollo u Daphne 1513 Mużew tal-Arti tal-Bowdoin College, Brunswick, Maine [1]
Konversazzjoni Qaddisa 1514 Cappella San Luca, Santissima Annunziata, Firenze
Madonna bil-Bambin mat-Tarbija San Ġwann Battista c. 1514 Whitfield Fine Art, Londra [2]
Episodju tal-Ħajja fl-Isptar 1514 Accademia, Firenze [3]
Veronika u lx-xbieha 1515 Cappella Medici, Santa Maria Novella, Firenze
Viżitazzjoni 1514 – 1516 Santissima Annunziata, Firenze [4]
Mara b'qoffa Lady with Basket of Spindles (attribwit lil Andrea del Sarto ) 1516–1517 Galleria degli Uffizi, Firenze
Pannewwi tal-kamra tas-sodda taż-żwieġ għal Pier Francesco Borgherini. (Tnejn oħrajn ta' Francesco Bacchiacca )
Ġużeppi juri ruħu lil ħutu 1516–1517 National Gallery, Londra
Ġużeppi Mibjugħ lil Potifar 1516–1517 National Gallery, Londra [5]
Ħut Ġużeppi Jitolbuh l-Għajnuna 1515 National Gallery, Londra [6]
Il-Faragħun mal-Furnar 1516–1517 National Gallery, Londra [7]
Ġużeppi fl-Eġittu 1517–1518 National Gallery, Londra [8]
San Kwintinu (Attribwit ukoll lil Giovanni Maria Pichi ) 1517 Pinacoteca comunale, Sansepolcro
Ritratt ta' Bejjiegħ tal-Pelliċċi 1517–1518 Louvre, Pariġi [9]
San Ġeromu u San Franġisk 1518 Whitfield Fine Art, Londra [10]
Madonna bil-Bambin u xi Qaddisin (Pala Pucci) 1518 San Michele Visdomini, Firenze
Ritratt ta' Mużiċist 1518–1519 Galleria degli Uffizi, Firenze
Sant Antnin Abbati 1518–1519 Galleria degli Uffizi, Firenze [11]
Ritratt ta' Cosimo l-Anzjan 1518–1519 Galleria degli Uffizi, Firenze [12]
Ġwanni l-Evanġelista u l-Arkanġlu Gabrijel 1519 Knisja ta' S. Michele, Empoli
Adorazzjoni tal-Maġi 1519–1521 Palazzo Pitti, Firenze
Vertumnu u Pomona 1519–1521 Villa Medici, Poggio a Caiano
Studju ta' Ras il-Bniedem (Tpinġija) Metropolitan Museum of Art, New York City [13]
Ritratt ta' Gentleman bil-ktieb u l-ingwanti 1540-1541 Kollezzjoni Cerruti, Castello di Rivoli Museo d'Arte Contemporanea, Rivoli-Turin [14]

Xogħlijiet tal-maturità (1522 – 30)

immodifika
Painting Date Site Link
Il-Madonna bil-Bambin ma Erba' Qaddisin 1520–1530 Metropolitan Museum, New York City
Ritratt ta' Żewġt Iħbieb c. 1522 Fondazione Giorgio Cini, Venezja
Il-Madonna bil-Bambin ma' Żewġ Qaddisin (Bronzino?) c. 1522 Galleria degli Uffizi, Firenze [15]
Sagra Familja ma' San Ġwan 1522–1524 Gosudarstvennyj Muzej Ėrmitaž, San Pietruburgu [16]
Il-Madonna bil-Bambin ma' San Ġwann (Attribut lil Rosso Fiorentino) 1523–1525 Galleria degli Uffizi, Firenze
I-Talba f'Getsemani (kopji minn Jacopo da Empoli) 1523–1525 Certosa di Galluzzo [17]
Il-Mixja sal-Kalvarju 1523–1525 Certosa di Galluzo [18]
Kristu quddiem Pilatu 1523–1525 Certosa di Galluzzo [19]
It-Tniżżil mis-Salib 1523–1525 Certosa di Galluzzo
Il-Qawmien mill-Mewt 1523–1525 Certosa di Galluzzo [20]
L-ikla ta' Emmaws 1525 Galleria degli Uffizi, Firenze [21]
Studju ta' Patri Kartużjan (Tpinġija) 1525 Galleria degli Uffizi, Firenze [22]
Il-Madonna bil-Bambin ma' żewġ anġli 1525 San Francisco Museum of Art, San Francisco [23]
Ritratt ta' Żagħżugħ liebes roża 1525–1526 Pinacoteca Communale, Lucca
Tabernaklu ta' San Giuliano, Boldrone, Kurċifiss mal- San Ġwann, u Santu Wistin 1525–1526 Accademia, Firenze
It-Twelid ta' San Ġwann 1526 Galleria degli Uffizi, Firenze
San Ġlormu Penitent 1526–1527 Lower Saxony State Museum, Hanover
Il-Madonna bil-Bambin ma' San Ġwann (Bronzino?) 1526–1528 Galleria degli Uffizi, Firenze
Il-Madonna bil-Bambin ma' San Ġwann 1527–1528 Galleria degli Uffizi, Firenze [24]
San Mattew, San Luqa u San Ġwann (San Mark pinġih Bronzino) 1525–1526 Santa Felicita, Cappella Capponi, Firenze
It-niżżil mis-Salib 1526–1528 Santa Felicita, Cappella Capponi, Firenze [25]
L-Annunzjazzoni 1527–1528 Santa Felicita, Cappella Capponi, Firenze [26] [27]
Ritratt ta' Francesca Capponi, bħala Santa Marija Madalena 1527–1528 Whitfield Fine Art, Londra [28]
Il-Viżitazzjoni 1528–1529 Knisja ta' San Francesco e Michele, Carmignano [29]
Il-Madonna bil-Bambin ma' Sant Anna u erba' qaddisin 1528–1529 Louvre, Pariġi [30]
Ritratt ta' Alabardier 1528–1530 J. Paul Getty Museum, Los Angeles [31]
L-Għaxart Elef Martri 1529–1530 Palazzo Pitti, Firenze
Ritratt ta' raġel bil-beritta ħamra 1530 National Gallery, Londra

Xogħlijiet tat-tard (wara l-1530)

immodifika
Pittura Data Sit Link
Martirju ta' San Maurizju u l-Leġjuni Tebani (Pontormo & Bronzino) 1531 Galleria degli Uffizi, Firenze
Noli me Tangere (Bronzino? ) 1531 Casa Buonarroti, Firenze [32]
Ritratt ta' mara bl-aħmar bil-ġriewi, (Bronzino? ) 1532–1533 Städelsches Kunstinstitut, Frankfurt
Venere u Kupidu 1532–1534 Galleria dell'Accademia, Firenze
Ritratt ta' Alessandro de' Medici qabel Diċembru 1535 Philadelphia Museum of Art, Philadelphia [33]
Ritratt ta' Alessandro de' Medici c. 1534–1535 Chicago Museum of Art, Chicago [34]
Tkeċċija ta' Adam u Eva c. 1535 Galleria degli Uffizi, Firenze
Studju għat-Tliet Grazzji (Tpinġija) 1535 Galleria degli Uffizi, Firenze [35]
Ritratt ta' Maria Salviati de' Medici u Giulia de' Medici (Pittura) c. 1539 Walters Art Museum, Baltimore [36]
Ritratt ta' Niccolò Ardinghelli National gallery, Washington, DC [37]
Ritratt ta' Maria Salviati 1543–1545 Galleria degli Uffizi, Firenze
Xena Sagrifiċjali c. 1545 Museo di Capodimonte, Napli
Il-Ktieb Tiegħi (Djarju ta' Pontormo ) 1554–1556 Biblioteca Nazzionale, Firenze
Ritratt ta' Pontormo (Bronzino) [38]
San Franġisk (Tpinġija) Museum of Fine Arts, Boston [39]
San Lawrenz (disinji għal affresk) [40] [41] [42]

Referenzi

immodifika
  1. ^ "Pantormo: Miraculous Encounters".
  2. ^ The Morgan Library and Museum, Jacopo Pontormo, Bruce Edelstein, Davide Gasparotto, Giada Damen, u Cristina Gnoni Mavarelli. 2018. Miraculous Encounters: Pontormo from Drawing to Painting. Los Angeles: The J. Paul Getty Museum. p. 109. ISBN 978-1-60606-589-1
  3. ^ Nistgħu nippruvaw niddefinixxu l-arti manjerista billi nikkaretterizzaha bħala arti li ssegwi l-arti kontra arti li ssegwi n-natura jew il-ħajja. [Ara pereżempju l-idea ta' Sydney Freedberg f' "Observations on the Painting of the Maniera" Art Bulletin 47 (1965), pp. 187–97.] Għalkemm Freedberg ma jikklassifikax 'il Pontormo bħala pittur strettament tal-maniera, jekk naċċettaw li t-Tniżżil ma tikkwotax il Pietà ta' Mikelanġlur aktar inkunu nistgħu nifhmu kif Pontormo jista' jitqis bħala manjerist.
  4. ^ Giorgio Vasari, The Lives of the Artists, tradott għall-Ingliż minn Julia Conaway Bondanella u Peter Bondanella (Oxford University Press, 1998), p. 409
  5. ^ Kien għadu jista' jarah0m il-vjaġġatur Lassel ifil-vaġġi tiegħu fl-Italja, ippubblikat fl-1698, paġna 105.
  6. ^ Ara "An Introduction to Vasari's Story" f'Pontormo, Bronzino, and Allori: A Genealogy of Florentine Art (New Haven, CT: Yale University Press, 2001).
  7. ^ ""Ritratt ta' of Maria Salviati de' Medici ma' Giulia de' Medici". Walters Art Museum".
  8. ^ Strehlke, C. B., Cropper, E., & Philadelphia Museum of Art. (2004). Pontormo, Bronzino, and the Medici: The Transformation of the Renaissance Portrait in Florence. Philadelphia: Philadelphia Museum of Art in association with the Pennsylvania State University Press. p. 108. ISBN 0876331819

 

Aktar qari

immodifika
  • Krystof, Doris. Joseph Carrucci, known as Pontormo 1494–1557. Köln: Konemann, 1988. ISBN 3-8290-0254-8
  • Keener, Chrystine. (2021). Pontormo's lost frescoes at San Lorenzo : political propaganda and dynastic symbolism.

Ħoloq esterni

immodifika

Pontormo fil-Web Gallery of Art