Plagiomenidae
Plagiomenidae hija familja ta' mammiferi plaċentati estinti, eżattament mammiferi relatati fil-qrib mal-kolugi (il-mammiferi plaċentati li jipplanaw, tal-kontinent tal-Asja mifruxin fin-naħa tax-Xlokk u fuq bosta gżejjer).
Din il-familja qiegħda klassifikata fil-klassi Mammalia, fis-sottoklassi Theria, fl-infraklassi Eutheria (il-plaċentati), fis-superordni Euarchontoglires u fl-ordni Dermoptera ma' tliet familji oħra (għalkemm sa ftit żmien ilu ma' dawn kien hemm il-familja Paramomyidae ukoll, li llum il-ġurnata hija kkunsidrata bħala familja tal-ordni Plesiadapiformes), li huma Cynocephalidae, Mixodectidae u Thylacaeluridae.
Il-familja Plagiomenidae hija l-akbar familja tal-ordni Dermoptera kemm fin-numru ta' ġeneri kif ukoll fin-numru ta' speċi. Din tikkonsisti minn żewġ sottofamilji (Plagiomeninae u Ekgmowechashalinae), erba' tribujiet (Planetetheriini, Plagiomenini, Ekgmowechashalini u Tarkadectini), disa' ġeneri (Elpidophorus, Eudaemonema, Planetetherium, Worlandia, Ellesmene, Plagiomene, Ekgmowechashala, Tarka u Tarkadectes) u bosta speċi kollha estinti.
Lista tal-ispeċi fil-familja Plagiomenidae
immodifika- Familja Plagiomenidae
- Sottofamilja incertae sedis
- Ġeneru Elpidophorus (Simpson, 1927)
- Elpidophorus elegans (Simpson, 1927)
- Elpidophorus minor (Simpson, 1935)
- Ġeneru Eudaemonema (Simpson, 1935)
- Eudaemonema cuspidata (Simpson, 1935)
- Ġeneru Elpidophorus (Simpson, 1927)
- Sottofamilja Plagiomeninae
- Tribù Planetetheriini
- Ġeneru Planetetherium (Simpson, 1928)
- Planetetherium mirabile (Simpson, 1928)
- Ġeneru Worlandia (Bown & Rose, 1979)
- Worlandia inusitata (Bown & Rose, 1979)
- Ġeneru Planetetherium (Simpson, 1928)
- Tribù Plagiomenini
- Ġeneru Ellesmene
- Ellesmene eureka (Dawsonet al., 1993)
- Ġeneru Plagiomene (Matthew, 1918)
- Plagiomene accola (Rose, 1981)
- Plagiomene multicuspis (Matthew, 1918)
- Ġeneru Ellesmene
- Tribù Planetetheriini
- Sottofamilja Ekgmowechashalinae
- Tribù Ekgmowechashalini
- Ġeneru Ekgmowechashala (MacDonald, 1963)
- Ekgmowechashala philotae (MacDonald, 1963)
- Ġeneru Ekgmowechashala (MacDonald, 1963)
- Tribù Tarkadectini
- Ġeneru Tarka (McKenna, 1990)
- Tarka stylifera (McKenna, 1990)
- Ġeneru Tarkadectes (McKenna, 1990)
- Tarkadectes montanensis (McKenna, 1990)
- Ġeneru Tarka (McKenna, 1990)
- Tribù Ekgmowechashalini
- Sottofamilja incertae sedis