Mixodectidae hija familja ta' mammiferi plaċentati estinti, eżattament mammiferi relatati fil-qrib mal-kolugi (il-mammiferi plaċentati li jipplanaw tal-kontinent tal-Asja mifruxin fin-naħa tax-Xlokk u fuq bosta gżejjer).

Din il-familja qiegħdha kklassifikata fil-klassi Mammalia, fis-sottoklassi Theria, fl-infraklassi Eutheria (il-plaċentati), fis-superordni Euarchontoglires u fl-ordni Dermoptera ma' tliet familji oħra (għalkemm sa ftit żmien ilu ma' dawn kien hemm il-familja Paramomyidae ukoll, li llum il-ġurnata hija kkunsidrata bħala familja tal-ordni Plesiadapiformes), li huma Cynocephalidae, Plagiomenidae u Thylacaeluridae.

Il-familja Mixodectidae hija familja żgħira (għalkemm mhux l-iżgħar) u tiġbor fiha żewġ ġeneri (sa ftit żmien ilu kien inkluż il-ġeneru Remiculus bl-ispeċi Remiculus deutschi ukoll sakemm dan ġie riklassifikat f'familja oħra): Dracontolestes bi speċi waħda estinta u Mixodectes b'żewġ speċi estinti.

Il-membri ta' din il-familja tal-Palejoċen kienu mifruxa fil-kontinent tal-Amerika ta' Fuq ma' bosta stati tal-Istati Uniti, bħal New Mexico, Texas, Utah u Wyoming.

Klassifikazzjoni

immodifika

Referenzi

immodifika