Peter Paul Ciantar
Dan l-artiklu għandu bżonn jiġi wikifikat biex jaqbel mal-istandard tal-Wikipedija. B'mod partikolari, dan l-artiklu huwa nieqes minn referenzi għal sorsi esterni li jivverifikaw il-fatti u perspettivi dwar is-suġġett. Jekk jogħġbok għin biex ittejjeb dan l-artiklu skont il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija. |
Peter Paul Ciantar (26 ta’ Ġunju, 1950) huwa xandar, kompożitur, mużiċist, għalliem tal-mużika u lettur Malti.
Peter Paul Ciantar | |
---|---|
Ħajja | |
Twelid | 26 Ġunju 1950 (74 sena) |
Okkupazzjoni | |
Okkupazzjoni |
xandar mużiċist |
Peter Paul Ciantar A.Mus.L.C.M., hu minn Ħaż-Żebbuġ iżda joqgħod ir-Rabat, Malta. Ciantar twieled nhar is-26 ta’ Ġunju 1950 lil Karmenu u Marija née Barbara. Hu miżżewweġ lil Pauline née Muscat u huwa missier ta’ żewġ ulied: Gabriella (imwielda fl-1979) u Robert (imwieled fl-1982). [1]
Peter Paul Ciantar huwa xandar, kompożitur/mużiċist u għalliem tal-mużika u lettur. [2] Ta’ 20 sena kiseb diploma fil-mużika (A.Mus.L.C.M.) mil-London College of Music f'Londra.
Huwa beda l-karriera tiegħu fix-xandir bi programmi għat-tfal fuq Rediffusion (Malta). Wara, daħal impjegat max-Xandir Nazzjonali fil-kariga ta’ produttur. F’din il-ħidma, huwa ppreżenta diversi programmi radjofoniċi li ffukaw prinċipalment fuq l-istorja ta’ Malta, il-mużika serja, operistika u l-folklor. Huwa magħruf sewwa għall-preżentazzjoni tal-programm mużikali ‘Siesta’ li dam snin twal jixxandar dirett kuljum fuq l-eks stazzjon tar-radju ‘Bronja’. [3]
Għal ħafna snin, Peter Paul Ciantar kien koordinatur tal-programmi radjofoniċi mal-P.B.S. (Public Broadcasting Station). Huwa attenda għal diversi korsijiet immexxijin minn uħud mix-xandara l-aktar magħrufin fid-dinja.
Minbarra xandar, Ciantar kien għal numru ta’ snin għalliem tal-mużika, lettur kif ukoll segretarju u PRO ta’ diversi kumitati, l-aktar fil-qasam kulturali. Kien ukoll ġurnalist mal-gazzetta lokali Times of Malta, kif ukoll membru ta’ bordijiet ta’ ġurija matul festivals lokali u barranin. [4]
Bħala kompożitur, kiteb għadd ġmielu ta’ marċi għall-banda King’s Own Band tal-Belt, kif ukoll għal baned oħrajn tal-irħula. Ħafna mill-marċi festivi tiegħu ġew irrekordjati fuq diversi LPs u CDs. Huwa kkompona wkoll numru mhux ħażin ta’ sigli għal uħud mill-programmi tiegħu fuq ir-radju u rebaħ diversi konkorsi għal mużika serja organizzati mill-Performing Rights Society ta’ Londra.
Peter Paul Ciantar idoqq il-Bb baritone, is-synthesizer u l-mandolina. Bħalissa qiegħed jippreżenta programm mużikali għar-radju fuq Radju Malta, [5] huwa membru tal-Kumitat għall-Festi Nazzjonali, [6] u kittieb ta’ diversi artikli, l-aktar dwar suġġetti kulturali u mużikali u li dawn l-aktar li jiġu ppublikati fuq gazzetti lokali.[7]
Fir-Repubblika tas-sena 2016, Peter Paul Ciantar ġie onorat mill-President ta' Malta, f'isem l-Istat Malti, bil-Midalja 'Għall-Qadi tar-Repubblika'.
Referenzi
immodifika- ^ Schiavone, M. J. Dictionary of Maltese Biographies Vol. I A-F, it-tieni edizzjoni, 2009. Pubblikazzjonijiet Indipendenza, Malta, p. 584
- ^ L-innu tal-Kulleġġ San Nikola Primarja B, https://web.archive.org/web/20071121042230/http://schoolnet.gov.mt/rabatb/hymn.htm, aċċessat nhar it-13 ta' Ġunju 2015
- ^ Jibqgħu Mfakkra: Mro. Carmelo Caruana, St. Andrew's Band Club,http://steno.webs.com/luqa/sabc/obits/cc/obit008.htm, aċċessat nhar it-13 ta' Ġunju 2015}}
- ^ Festival Internazzjonali tal-Kanzunetta Maltija - 1985, http://www.m3p.com.mt/wiki/Festival_Internazzjonali_tal-Kanzunetta_Maltija_-_1985, aċċessat nhar it-13 ta' Ġunju 2015
- ^ Għandi Pjaċir Nippreżentalek, https://web.archive.org/web/20150523042702/http://www.tvm.com.mt/mt/radio-programmes/ghandi-pjacir-nipprezentalek/, aċċessat nhar it-13 ta' Ġunju 2015
- ^ Avviżi tal-Gvern ippublikati fil-Gazzetta tal-Gvern Numru 19,132 tat-3 ta' Settembru 2013, https://govcms.gov.mt/en/Government/Government%20Gazette/Government%20Notices/Pages/2013/09/Government-Notices-0309.aspx aċċessat nhar it-13 ta' Ġunju 2015
- ^ The Malta Indepentent Online, Appreciation: Joseph Curmi,http://www.independent.com.mt/articles/2012-07-22/letters/appreciation-joseph-curmi-313577/, aċċessat nhar it-13 ta' Ġunju 2015
Qari ulterjuri
immodifikaMahoney. J, Oh Żmien Ħelu...:Il-Palk, Ir-Radju u Jien p. 275,276 u 302
Ħoloq esterni
immodifikaWikimedia Commons għandha fajls multimedjali li għandhom x'jaqsmu ma': Peter Paul Ciantar (Peter Paul Ciantar) |