Il-Peramelemorphia huwa ordni ta' mammiferi marsupjali, eżattament il-bandikuti tal-kontinent Awstraljan.

Peramelemorphia
Bandikut membru tas-superfamilja Perameloidea
Klassifikazzjoni xjentifika
Renju: Animalia
Phylum: Chordata
Klassi: Mammalia
Infraklassi: Metatheria
Superordni: Australidelphia
Ordni: Dasyuromorphia
(Gill,1872)
Firxa tal-ordni Peramelemorphia bl-aħmar
Macrotis lagotis membru tal-familja Thylacomyidae

Din l-ordni hija kklassifikata fil-klassi Mammalia, fis-sottoklassi Theria, fl-infraklassi Metatheria (il-marsupjali) u fis-superordni Australidelphia (il-marsupjali Awstraljani kollha u l-kolokolo tal-kontinent tal-Amerika ta' isfel) ma' erba' ordnijiet oħra.

Il-Peramelemorphia jikkonsisti minn tliet superfamilji (Perameloidea, Thylacotingoidea u Yaraloidea), 5 familji (Chaeropodidae, Peramelidae, Thylacomyidae, Thylacotingidae u Yaralidae) u tnejn minnhom biss, il-Peramelidae u t-Thylacomyidae għadhom rapreżentati bi speċi ħajjin, filwaqt il-Chaeropodidae hija kkunsidrata estinta (għalkemm hemm possibilita li l-bandikut tas-saqajn ta' ħanżir li huwa magħruf xjentifikament bħala Chaeropus ecaudatus, għadu jgħix f' partijiet remoti fid-deżerti Awstraljani).

Perameles gunnii membru tas-sottofamilja Peramelinae

Din l-ordni, tiġbor fiha bosta ġeneri u numru mdaqqas ta' speċi kemm estinti, kif ukoll estanti jew ħajjin u dawn tal-aħħar huma madwar 20 speċi, li kollha kemm huma jagħmlu parti mis-superfamilja Perameloidea ('l aktar superfamilja ta' suċċess ta' din l-ordni).

Il-Peramelemorphia, flimkien ma' erba' ordnijiet oħra, in-Notoryctemorphia, id-Dasyuromorphia, id-Diprotodontia u l-Microbiotheria, jifforma s-superordni Australidelphia.

(għal aktar informazzjoni ara l-artikli Bandikuti, Bandikuti fniek, Bandikut tas-saqajn ta' ħanżir)

Lista ta' l-ispeċi ħajjin ta' l-ordni Peramelemorphia

immodifika
 
Perameles nasuta membru tas-sottofamilja Peramelinae

Tassonomija ta' l-ordni Peramelemorphia

immodifika
 
Isoodon macrourus membru tas-sottofamilja Peramelinae

L-akbar inċertezza fit-tassonomija ta' l-ordni Peramelemorphia huwa l-ġeneru Thylacotinga. Dan minn numru żgħir ta' tassonomisti u għal ftit żmien, kien ġie kklassifikat bħala l-uniku ġeneru fis-Superfamilja Thylacotingoidea u fil-Familja Thylacotingidae. Iżda l-llum il-ġurnata għalkemm dejjem b' dubji, hemm ħjiel li dan il-ġeneru jista jkun l-aktar relatat fil-qrib ma' dak tal-bilbijiet il-ġeneru Macrotis.

Peramelemorphia
Yaraloidea

Yarala


Perameloidea
Chaeropodidae

Chaeropus


  

Thylacomyidae

Macrotis


?

Thylacotinga



Peramelidae
Peroryctinae

Peroryctes


  
Echymiperinae 

Echymipera



Microperoryctes



Rhynchomeles



Peramelinae

Isoodon



Perameles








Referenzi

immodifika
  • Groves, Colin (16 November 2005). Wilson, D. E., and Reeder, D. M. (eds): Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press 38-42. ISBN 0-8018-8221-4.
  • Ronald M. Nowak: Walker's Mammals of the World. Johns Hopkins University Press, Baltimore 1999. ISBN 0-8018-5789-9.
  • Schwartz, L.R. (2006). "A new species of bandicot from the Oligocene of Northern Australia and implications for correlating Australian Tertiary mammal faunas". Palaeontology 49 (5): 991–998.
  • Turnbull, W.D. et al. (2003). "Dasyurids, perameloids, phalangeroids and vomabatoids from the early Pliocene Hamilton fauna, Victoria, Australia". Bulletin of the American Museum of Natural History 279: 513–540.
  • Muirhead, J. (2000). "Yaraloidea (marsupialia, peramelemorphia), a new superfamily of marsupial and a description and analysis of the cranium of the Miocene Yarala burchfieldi". Journal of Paleontology 74 (3): 512–523.
  • Muirhead, J. and Filan, S.L. (1995). "Yarala burchfieldi, a pleisomorphic bandicoot (marsupialia, peramelemorphia) from Oligo-Miocene deposits of Riversleigh, northwestern Queensland". Journal of Paleontology 69 (1): 127–134.

Ħoloq esterni

immodifika