Pavlo Lee

attur u suldat Ukren (1998-2022)

Pavlo 'Pasha' Romanovych Lee (bl-Ukren: Павло «Паша» Романович Лі; twieled fl-10 ta' Lulju 1988 – miet fis-6 ta' Marzu 2022) kien attur u preżentatur televiżiv Ukren.[1]

Pavlo Lee
Ħajja
Twelid Yevpatoria, 10 Lulju 1988
Nazzjonalità Ukrajna
Unjoni Sovjetika
L-ewwel lingwa Ukren
Mewt Irpin, 6 Marzu 2022
Post tad-dfin Vorokhta (en) Translate
Kawża tal-mewt mewt f'battalja
Edukazzjoni
Lingwi Ukren
Russu
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni attur ċinematografiku
bniedem militari
attur
preżentatur televiżiv
doppjatur
Servizz militari
Fergħa militari Forzi tad-Difiża Territorjali (Ukrajna)
Iġġieldu Gwerra bejn ir-Russja u l-Ukrajna
invażjoni Russa tal-Ukrajna tal-2022
Battalja ta' Irpin

Ħajja bikrija immodifika

Lee twieled f'Yevpatoria, il-Krimea, f'familja b'missier Koryo-saram jew Korean-Ukren u b'omm Ukrena.[2] Huwa kien magħruf ukoll bl-ismijiet ta' Pavlo Li u Pasha Li.[3]

Karriera immodifika

Lee kien preżentatur televiżiv tal-istazzjon Dom. Huwa kien ħadem fit-teatru u f'għadd ta' reklami[4] u kien magħruf għax ħadem fil-films Tini nezabutykh predkiv. Tayemnytsi molfara (2013), Shtolnya (2006), Pravilo boya (2017), u Zustrich odnoklasnykiv (2019), u kien id-doppjatur f'films popolari bl-Ingliż bħal The Lion King u The Hobbit bl-Ukren.[5] Huwa kien id-doppjatur ukoll ta' karattri bħal Eric Cartman f'South Park, Steve Smith f'American Dad!, Glenn Quagmire f'Family Guy, u Psyduck f'Detective Pikachu.[6] Fl-2021 kien ħadem fis-sensiela televiżiva Provincial.

Mewt immodifika

Lee ssieħeb fil-Forzi tad-Difiża Territorjali tal-Ukrajna fl-ewwel jum tal-invażjoni Russa. Matul iż-żmien li qatta' jiġġieled għal pajjiżu, huwa kien attiv ħafna fil-midja soċjali, l-iktar fil-kont tal-Instagram tiegħu, biex jixħet dawl fuq il-kundizzjonijiet li kienu jinsabu fihom l-Ukreni u l-qawwa tal-poplu Ukren.

Huwa nqatel bħala riżultat ta' attakk Russu f'Irpin, subborg ta' Kiev, fis-6 ta' Marzu 2022, u l-mewta tiegħu ġiet imħabbra mill-Festival Internazzjonali tal-Films ta' Odessa.[7] Huwa ndifen fit-18 ta' Marzu f'Vorokhta, fl-Oblast ta' Ivano-Frankivsk, fejn għadha tgħix ommu.[8]

Referenzi immodifika

  1. ^ "Ukrainian actor Pasha Lee killed in Russian bombardment" (bl-Ingliż). 2022-03-08. Miġbur 2022-03-24.
  2. ^ "Pavlo Li". IMDb. Miġbur 2022-03-24.
  3. ^ Ritman, Alex; Ritman, Alex (2022-03-08). "Ukrainian Actor Pasha Lee Killed by Russian Shelling After Joining Armed Forces" (bl-Ingliż). Miġbur 2022-03-24.
  4. ^ "Ukrainian film star Pasha Lee killed in Russia-Ukraine war while defending country". FOX News (bl-Ingliż). 2022-03-08. Miġbur 2022-03-24.
  5. ^ 161385360554578 (2022-03-07). "Hobbit & Lion King actor killed by shell after joining Ukrainian army". The US Sun (bl-Ingliż). Miġbur 2022-03-24.Manutenzjoni CS1: ismijiet bħala numri: authors list (link)
  6. ^ "У лавах тероборони загинув під час обстрілу в Ірпені актор Павло Лі" (bl-Ukren). 2022-03-07. Miġbur 2022-03-24.
  7. ^ desk, The Kyiv Independent news (2022-03-06). "Ukrainian actor Pasha Lee killed during fighting in Kyiv Oblast" (bl-Ingliż). Miġbur 2022-03-24.
  8. ^ "У Ворохті попрощалися із актором Павлом Лі, який загинув в російсько-українській війні". Коломийська єпархія УГКЦ. 2022-03-19. Miġbur 2022-03-24.