Pascal Zuberbühler
Pascal Zuberbühler (twieled fit-8 ta' Jannar 1971) huwa eks-plejer tal-futbol Żvizzeru li kien jilgħab bħala gowler.
Informazzjoni personali | |||
---|---|---|---|
Twelid | 8 ta' Jannar 1971 Frauenfeld, Żvizzera | ||
Tul | 1.97 m | ||
Rwol | Gowler | ||
Mixtliet | |||
1983–1992 | Frauenfeld | ||
Karriera professjonali | |||
Snin | Klabb | ||
1992–1999 | Grasshoppers | ||
1999–2006 | Basel | ||
2000 | → Aarau (self) | ||
2000–2001 | → Bayer Leverkusen (self) | ||
2006–2007 | West Bromwich Albion | ||
2007–2008 | Neuchâtel Xamax | ||
2008–2011 | Fulham | ||
Tim nazzjonali | |||
1994–2008 | Żvizzera |
Karriera
immodifikaKlabb
immodifikaZuberbühler lagħab 187 logħba fil-kampjonat għal Grasshopper Zürich bejn l-1991 u l-1999, fejn matul dan il-perjodu rebaħ is-Super League Żvizzera tliet darbiet u t-Tazza Żvizzera darba. Ma' Basel lagħab total ta' 217-il logħba fil-kompetizzjonijiet kollha, fejn rebaħ il-kampjonat għal tliet darbiet oħra u t-Tazza Żvizzera darbtejn. Matul dan iż-żmien, jibqa' mfakkar għall-prestazzjoni eċċellenti li wettaq fil-partita kontra Liverpool fil-UEFA Champions League, fil-pari ta' 1–1. Waqt il-perjodu ta' self ma' Bayer Leverkusen hu lagħab tlettax-il partita fil-Bundesliga u ħamsa fiċ-Champions League.
Fl-14 ta' Lulju, 2006, iffirma kuntratt ta' sentejn ma' West Bromwich Albion.[1] Id-debutt kompetittiv tiegħu wasal kontra Hull City fit-trijonf ta' 2–0 nhar il-5 ta' Awwissu, 2006. Madanakollu, ftit li xejn għamel suċċess mal-Baggies u ma baqax jissejjaħ mal-ewwel ħdax taħt il-kowċ il-ġdid Tony Mowbray. Zuberbühler reġa' ġie skjerat mal-ewwel ħdax wara li Russell Hoult ġie sospiż, u rrisponda bi prestazzjoni sodisfaċenti fir-rebħa ta' 3–0 fl-FA Cup kontra r-rivali Wolves. Din kellha tkun l-aħħar logħba tiegħu mal-klabb. Bil-wasla ta' Dean Kiely, Zuberbühler sab postu fit-tim iktar insigur, aktar u aktar biċ-ċans li ma jintgħażilx mal-iskwadra għall-Kampjonati Ewropej tal-2008. Wara iffirma kuntratt ta' 18-il xahar mal-klabb ta' Neuchâtel Xamax.[2]
F'Awwissu 2008, Zuberbühler reġa' rritorna fl-ogħla diviżjoni Ingliża, din id-darba ma' Fulham, fejn iffirma kuntratt ta' sena. Hu kien fuq il-bank tas-sostituti fil-finali tal-UEFA Europa League 2009–10.
Internazzjonali
immodifikaZuberbühler deher 51 darba mat-tim nazzjonali Żvizzeru u kien membru tal-iskwadra Żvizzera fl-Euro 2004, l-Euro 2008 u t-Tazza tad-Dinja 2006. Fit-Tazza tad-Dinja tal-2006, hu rnexxielu ma jsofrix gowl fl-erba' logħbiet tal-Iżvizzeri kontra Franza, il-Korea t'Isfel, it-Togo u l-Ukrajna. L-Iżvizzera huwa l-uniku tim fl-istorja tal-kompetizzjoni li ġew eliminati mingħajr ma sofru gowl fil-ħin normali. Zuberbühler iżomm ir-rekord għall-aktar logħbiet f'turnew inernazzjonali mingħajr ma sofra gowl (ħames partiti). Fil-11 ta' Ġunju, hu lagħab l-aħħar logħba tiegħu bil-flokk tal-Iżvizzera f'rebħa ta' 2–0 fuq il-Portugall fil-Kampjonati Ewropej tal-2008.
Referenzi
immodifika- ^ "West Brom sign keeper Zuberbuhler" (bl-Ingliż). BBC Sport. 2006-07-14. Miġbur 2007-05-19.
- ^ "Zuberbuhler ends West Brom spell" (bl-Ingliż). BBC Sport. 2007-02-14. Miġbur 2007-06-12.
Ħoloq esterni
immodifika- Pascal Zuberbühler fuq National-Football-Teams.com
- Pascal Zuberbühler fuq Soccerbase