Paolo Villaggio
Paolo Villaggio (Ġenova, 30 ta' Diċembru 1932 – Ruma, 3 ta' Lulju 2017) kien attur, komiku, awtur u xeneġġjatur Taljan.
Kiteb u interpreta karattri marbutin mal-komiċità paradossali u grotteska, bħall-professor Kranz u t-timidu Giandomenico Fracchia, sar magħruf mal-pubbliku Taljan u Maltin għall-ħolqien letterarju tal-accountant sfortunat Ugo Fantozzi; li minnu ħarġet sensiela twila ta' films ta' suċċess kbir, li daħlu fl-immaġinarju kollettiv tat-Taljani kollha u tal-Maltin tas-snin sebgħin u tmenin.
Ħa sehem f'partijiet iktar drammatiċi, f'films tħt diretturi bħal Federico Fellini, Marco Ferreri, Lina Wertmüller, Ermanno Olmi u Mario Monicelli. Fl-1992, fil-Festival ta' Venezja, ingħata l-Leone d'oro alla carriera. F'Awwissu 2000 tawh il-Pardo d'onore fil-Festival del cinema di Locarno.