Palazz ta' Sant'Anton

Il-Palazz ta' Sant'Anton huwa palazz li jinsab tista' tgħid fiċ-ċentru ta' Ħ'Attard, Malta. Hija ir-residenza uffiċjali tal-President ta' Malta, li fiha wieħed jista' jgawdi il-ġonna kemm privati kemm dawk pubbliċi ta' Sant'Anton.

Palazz ta' Sant' Anton
palazz
Data meta nħoloq1625 Immodifika
Has useofficial residence Immodifika
Native labelPalazz ta' Sant'Anton Immodifika
PajjiżMalta Immodifika
Entità amministrattiva territorjali fejn tinstabĦ'Attard Immodifika
Koordinati35°53′47″N 14°26′49″E Immodifika
PropjetarjuGvern ta' Malta Immodifika
Ikkummissjonat minnAntoine de Paule Immodifika
Indirizz stradaliTriq Sant Anton Immodifika
Map

Dan il-palazz maestuż, illum għall-abitazzjoni tal-Presidenti ta' Malta, ġie mibni madwar l-1620 mill-Gran Mastru de Paule li kien joqgħod fih qabel ma ġie maħtur Gran Mastru. Għalkemm l-istoriċi lkoll jaqblu li dan il-palazz inbena qabel ma de Paule tela' Gran Mastru, Castagna jgħid li l-palazz sar madwar l-1625, jiġifieri sentejn wara t-tlugħ tiegħu fil-Maġistratura Calleja jgħid li nbena fl-1635. Fil-bidu tiegħu dan il-palazz kien iżgħar milli hu llum għaliex il-Gran Mastru de Paule meta sar sultan, kabbru. Dan ifisser li hemm kellu villa jew dar biss, li meta laħaq fil-Maġistratura ta' pranzu fih li kienu mistednin 600 ruħ.

 
Il-ġonna ta' Sant' Anton jinkludu ukoll vaski b'papri kif ukoll ċinji

Il-ġonna ta' Sant'Anton, miftuħin għall pubbliku mill-1882, huma ġonna tista tgħid arjużi, miżrugħa b'ħafna siġar ta' kull tip u b'ħafna fjuri li jpinġu l-arja. Fost il-ħafna siġar, wieħed jista' jsib siġar li kienu ilhom hemm xi tliet sekli. Hemm numru kbir ta' larinġ kif ukoll ta' palm. Fid-diversi vaski hemm papri u ċinji, imbagħad sezzjoni mdaqqsa għal-għasafar.

Il-Palazz

immodifika

Is-swali tal-palazz huma kbar biżżejjed u arjużi. Fost il-Prinċipijiet Irjali li laqa' fih dan il-Palazz insibu li twieldet fih il-Prinċipessa Melita ta' Wales fl-1877-78, bint id-Duka ta' Edinburgh. Il-Gran Mastru Manoel de Vilhena ħaseb biex jibni fin-naħa ta' ġewwa qrib il-bieb ewlieni għajn li fuqha jinqara dan il-kliem minqux fl-irħam:

QUAS PROPRIAE HUC AEDIS DE PAULE ADDUXIT IN USAS COMMUNES MANOEL PROVIDUS AGIT AQUAS MDCCXXIIIC

Ħoloq esterni

immodifika