Pablo Emilio Escobar Gaviria kien kriminal u traffikant tad-droga Kolombjan. Il-kartell tiegħu kien jissupplixxi madwar 80% tal-kokaina f'kuntrabandu fl-Istati Uniti, bi qligħ ta' 60 miljun dollaru kuljum, jew 21.9 biljun dollaru fis-sena. Imlaqqam bħala "Ir-Re tal-Kokaina", hu kien l-iktar kriminal sinjur, bil-valur nett tiegħu jilħaq it-30 biljun dollaru fid-disgħinijiet. F'punt minnhom, hu kien ukoll wieħed mill-għaxar l-aktar nies sinjuri fid-dinja.

Pablo Emilio Escobar Gaviria

Bijografija Immodifika

L-ewwel snin Immodifika

Pablo Escobar twieled f'Rionegro, it-tielet fost sebat itfal tal-bidwi Abel de Jesús Dari Escobar u Hermilda Gaviria, għalliema tal-primarja. Ta' żagħżugħ beda l-karriera kriminali tiegħu billi jisraq lapidi u jbiegħhom lura lill-kuntrabandisti. Pablo studja għal xi żmien fl-Universidad Autónoma Latinoamericana ta' Medellín, imma ħalla l-Università mingħajr ma kiseb grad.

Ħoloq esterni Immodifika