Opossum ta' denbu qasir tal-ġnub ħomor tat-Tramuntana
L-opossum ta' denbu qasir tal-ġnub ħomor tat-Tramuntana jew opossum ta' denbu qasir tas-saqajn ħomor, magħruf xjentifikament bħala Monodelphis brevicaudata, huwa mammiferu marsupjal, tal-familja Didelphidae (didelfidu), fl-ordni Didelphimorphia (didelfimorfju) u huwa wieħed mill-opossumi ta' denbhom qosra l-inqas fost l-opossumi li huma adattati għal ħajja fis-siġar, nattiv tal-kontinent tal-Amerika t'Isfel.
Opossum ta' denbu qasir tal-ġnub ħomor tat-Tramuntana | |
---|---|
Stat ta' konservazzjoni | |
Riskju minimu (IUCN 3.1) | |
Klassifikazzjoni xjentifika | |
Phylum | Chordata |
Klassi | Mammalia |
Ordni | Didelphimorphia |
Familja | Didelphidae |
Ġeneru | Monodelphis |
speċi | Monodelphis brevicaudata Erxleben, 1777
|
Distribuzzjoni ġeografika | |
Dan l-opossum ta' denbu qasir ġeneralment jippreferi jgħix f'abitat ta' foresti varji, speċjalment f'arji b'ħafna arbuxelli fejn ikun jista jagħmel il-bejtiet fi zkuk vojta tas-siġar.
Dieta
immodifikaL-opossum ta' denbu qasir tal-ġnub ħomor tat-Tramuntana huwa annimal omnivoru u d-dieta prinċipali tikkonsisti minn frott u insetti u annimali vertebrati żgħar oħra li jsib mal-art fil-foresta.
Distribuzzjoni
immodifikaMonodelphis brevicaudata għandu distribuzzjoni ma' bosta pajjiżi fil-kontinent tal-Amerika t'Isfel u jinsab mifrux mal-Bolivja, il-Brażil, il-Gujana Franċiża, Surinam u l-Veneżwela.
Klassifikazzjoni
immodifika- Ordni Didelphimorphia
- Superfamilja Didelphoidea
- Familja Didelphidae
- Sottofamilja Didelphinae
- Ġeneru Monodelphis
- Opossum ta' denbu qasir tal-ġnub ħomor tat-Tramuntana, Monodelphis brevicaudata
- Ġeneru Monodelphis
- Sottofamilja Didelphinae
- Familja Didelphidae
- Superfamilja Didelphoidea
Referenzi
immodifika- Gardner, Alfred (November 16, 2005). Wilson, D. E., and Reeder, D. M. (eds) Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press. ISBN 0-8018-8221-4
- The Paleobiology Database.
- Infonatura
Ħoloq esterni
immodifika- New World Marsupial Specialist Group 1996.Monodelphis brevicaudata In: IUCN 2006. 2006 IUCN Red List of Threatened Species. Downloaded on 19 January 2007.
- Tassonomija tal-Mammiferi.