Opossum ġurdien ta' denbu oħxon ta' żaqqu bajda

L-Opossum ġurdien ta' denbu oħxon ta' żaqqu bajd, magħruf xjentifikament bħala Thylamys pallidior, huwa mammiferu marsupjal, tat-tribù Thylamyini, fil-familja Didelphidae (didelfidu), fl-ordni Didelphimorphia (didelfimorfju) u huwa wieħed mill-opossumi ġrieden ta' denbhom oħxon, nattiv tal-kontinent tal-Amerika t'Isfel.

Opossum ġurdien ta' denbu oħxon ta' żaqqu bajda
Stat ta' konservazzjoni

Riskju minimu  (IUCN 3.1)
Klassifikazzjoni xjentifika
PhylumChordata
KlassiMammalia
OrdniDidelphimorphia
FamiljaDidelphidae
ĠeneruThylamys
speċi Thylamys pallidior
Thomas, 1902
Distribuzzjoni ġeografika

Dan l-opossum ġurdien ta' denbu oħxon huwa marsupjal kemm arborju (jgħix fis-siġar) kif ukoll terrestri (jgħix mal-art), b'abitudni notturna (attiv bil-lejl).

L-Opossum ġurdien ta' denbu oħxon ta' żaqqu bajda huwa marsupjal b'dieta primarjament insettivora, għalkemm frott, bajd tal-għasafar u annimali vertebrati żgħar bħal gremxul u ġrieden huma inklużi fid-dieta wkoll.

Distribuzzjoni

immodifika

Thylamys pallidior huwa speċi b'distribuzzjoni fil-kontinent tal-Amerika t'Isfel, mifruxa mal-Arġentina, il-Bolivja, iċ-Ċili u l-Peru.

Klassifikazjoni

immodifika

Referenzi

immodifika

Ħoloq esterni

immodifika