Opossum irqiq ta' żaqqu bajda


L-Opossum irqiq ta' żaqqu bajda jew Opossum ġurdien irqiq ta' żaqqu bajda (Marmosops noctivagus) huwa mammiferu marsupjal tal-familja Didelphidae (didelfidu), fl-ordni Didelphimorphia (didelfimorfju) u huwa wieħed mill-opossumi irqaq nattiv tal-kontinent tal-Amerika t'Isfel.

Opossum irqiq ta' żaqqu bajda
Stat ta' konservazzjoni

Riskju minimu  (IUCN 3.1)
Klassifikazzjoni xjentifika
PhylumChordata
KlassiMammalia
OrdniDidelphimorphia
FamiljaDidelphidae
ĠeneruMarmosops
speċi Marmosops noctivagus
Tschudi, 1844
Distribuzzjoni ġeografika

Dan l-opossum irqiq arborju jew tas-siġar (Nowak, 1999), ta' abitudni notturna (annimal li jilħaq il-quċċata tal-attivita tiegħu matul il-lejl), ġeneralment jippreferi jgħix f'abitat kemm ta' foresti tropikali tax-xita jew pluvjali kif ukoll tropikali umdi.

L-Opossum irqiq ta' żaqqu bajda huwa annimal omnivoru u d-dieta prinċipali tiegħu tikkonsisti minn frott, insetti u annimali invertebrati u vertebrati żgħar oħra.

Distribuzzjoni

immodifika

Marmosops noctivagus huwa speċi b' distribuzjoni fil-kontinent tal-Amerika t'Isfel, mifruxa mal-Bolivja, il-Brażil, l-Ekwador u l-Peru.

Klassifikazzjoni

immodifika

Sinonimi

immodifika

"Marmosops albiventris", "Marmosops dorothea" (Thomas, 1911), "Marmosops noctivagus keaysi" (J.A. Allen, 1900) u "Marmosops yungasensis" huma sinonimi jew l-istess bħal u jirreferu għal Marmosops noctivagus ta' Tschudi, 1944.

Referenzi

immodifika

Ħoloq esterni

immodifika