Opossum irqiq delikat
L-opossum irqiq delikat jew opossum ġurdien irqiq delikat, magħruf xjentifikament bħala Marmosops parvidens, huwa mammiferu marsupjal, tal-familja Didelphidae (didelfidu), fl-ordni Didelphimorphia (didelfimorfju) u huwa wieħed mill-opossumi irqaq nattiv tal-kontinent tal-Amerika t'Isfel.
Opossum irqiq delikat | |
---|---|
Klassifikazzjoni xjentifika | |
Renju: | Animalia |
Phylum: | Chordata |
Klassi: | Mammalia |
Sottoklassi: | Theria |
Infraklassi: | Metatheria |
Superordni: | Ameridelphia |
Ordni: | Didelphimorphia (Gill, 1872) |
Familja: | Didelphidae (Gray, 1821) |
Sottofamilja: | Didelphinae (Gray, 1821) |
Ġeneru: | Marmosops (Matschie, 1916) |
Speċi: | M. parvidens |
Isem binominali | |
Marmosops parvidens | |
Firxa tal-opossum irqiq delikat |
Dan l-opossum irqiq arborju jew annimal li jgħix il-biċċa l-kbira tal-ġurnata fis-siġar, ta' abitudni notturna (annimal li jilħaq il-quċċata tal-attività tiegħu f'xi ħin bejn inżul ix-xemx u t-tlugħ tagħha), ġeneralment jippreferi jgħix f'abitat kemm ta' foresti tropikali tax-xita jew pluvjali, kif ukoll foresti tropikali umdi, f'elevazzjonijiet varji.
Dieta
immodifikaL-opossum irqiq delikat huwa annimal omnivoru u d-dieta prinċipali tikkonsisti minn frott, insetti u annimali invertebrati u vertebrati żgħar oħra.
Distribuzzjoni
immodifikaMarmosops parvidens huwa speċi b'distribuzzjoni fil-kontinent tal-Amerika t'Isfel, mifruxa mal-Brażil, il-Gujana, il-Gujana Franċiża, il-Kolombja, il-Peru, is-Surinam u l-Venezwela. L-ewwel darba li ġie skopert xjentifikament kien instab fil-Lvant ta' Demerara, fil-Punent tal-kosta Berbice, f'Hyde Park, 30 mil 'il fuq tax-xmara Demerara.
Klassifikazzjoni
immodifikaMarmosops pinheiroi, Marmosops bishopi u Marmosops juninensis għal żmien twil kienu meqjusin bħala sottospeċi u b'hekk jirrapreżentaw l-istess speċi Marmosops parvidens, sakemm ġie skopert li M. pinheiroi u M. parvidens jghixu simpatrikament (flimkien fl-istess lokalità) fil-Gujana Franċiża.
- Ordni Didelphimorphia
- Superfamilja Didelphoidea
- Familja Didelphidae
- Sottofamilja Didelphinae
- Familja Didelphidae
- Superfamilja Didelphoidea
Referenzi
immodifika- Am. Mus. Novit. 493; 13.
- Wilson, D. E.; Reeder, D. M. Mammal Species of the World (bl-Ingliż) (3 ed.). Johns Hopkins University Press. ISBN 0-8018-8221-4.
- Nowak, Ronald M. Walker's Mammals of the World (bl-Ingliż). Johns Hopkins University Press. ISBN 0-8018-5789-9.
- Id-Databażi Palebijoloġika
- Infonatura
Ħoloq esterni
immodifika- Marmosops parvidens fuq il-Lista Ħamra ta' Speċi Mhedda tal-IUCN