Ole Madsen (twieled fil-21 ta' Diċembru 1934 – miet fis-26 ta' Marzu 2006) kien plejer tal-futbol Daniż.

Ole Madsen
Informazzjoni personali
Isem sħiħOle Eduard Fischer Madsen
Twelid21 ta' Diċembru 1934(1934-12-21)
Kopenħagen, Danimarka
Mewt26 ta' Marzu 2006 (71 sena)
Tul1.71 m
RwolAttakkant
Mixtliet
1949–50Bispebjerg BK
Karriera professjonali
SninKlabb
1950–1957BK Stefan
1958–1965Hellerup IK
1965–1968Sparta Rotterdam
1968–1970Hellerup IK
Tim nazzjonali
1958–1969Danimarka

Bijografija

immodifika

Minkejja li ma kienx mit-twal, Ole Madsen kien attakkant aggressiv u kellu għajn għall-gowl. Bħala tfajjel kien jilgħab ma' Bispebjerg FC. Fl-1958 hu ngħaqad ma' Hellerup IK fit-tielet diviżjoni. Kien f'dan iż-żmien li ġie magħżul għall-ewwel darba mat-tim nazzjonali Daniż. Hu kien fost il-favoriti netti li jagħmlu l-lista finali tat-tim tad-Danimarka għall-Olimpjadi tas-sajf ta' Ruma 1960, imma kellu jirtira minħabba raġunijiet finanzarji. Fl-1964, ġie nominat bħala l-Plejer Daniż tas-Sena, fl-istess sena li man-nazzjonal wasal sar-raba' post fil-Kampjonati Ewropej.

Hu kompla jilgħab mat-tim nazzjonali, sakemm fl-1965 ġie eskluż minħabba li ffirma ma' Sparta Rotterdam. Magħhom rebaħ it-Tazza tal-Pajjiżi l-Baxxi fl-1966. Wara s-snin ġewwa n-Netherlands, hu kien l-ewwel plejer li ġie magħżul mat-tim nazzjonali wara karriera professjonali, fejn kien irritorna lura għad-dilettantiżmu ma' Hellerup IK. Fl-1969, waqt konfront internazzjonali kontra n-Norveġja, ċarrat ligament li temmlu għal kollox il-karriera tiegħu bħala futboler.

Ħoloq esterni

immodifika