Nicklas Helenius
Nicklas Helenius Jensen (Svenstrup, 8 ta' Mejju 1991) huwa plejer tal-futbol Daniż li jilgħab bħala attakkant.
Informazzjoni personali | |||
---|---|---|---|
Isem sħiħ | Nicklas Helenius Jensen | ||
Twelid | 8 ta' Mejju 1991 Svenstrup, Danimarka | ||
Tul | 1.95 m | ||
Rwol | Attakkant | ||
Informazzjoni fuq il-klabb | |||
Klabb attwali | Silkeborg IF | ||
Numru | 11 | ||
Mixtliet | |||
Svenstrup-Godthåb IF | |||
2005–2010 | AaB | ||
Karriera professjonali | |||
Snin | Klabb | ||
2010–2013 | AaB | ||
2013–2015 | Aston Villa | ||
2014–2015 | → AaB (self) | ||
2015–2017 | AaB | ||
2016 | → SC Paderborn (self) | ||
2016–2017 | → Silkeborg IF (self) | ||
2017–2019 | OB | ||
2019–2020 | AGF | ||
2021– | Silkeborg IF | ||
Tim nazzjonali | |||
2011–2013 | Danimarka U21 | ||
2012– | Danimarka |
Karriera
immodifikaHelenius ingħaqad ma' Aalborg BK fl-età ta' 13-il sena, fejn wara li mexa fit-timijiet ta' diversi livelli, iggrawda għall-ewwel tim fl-istaġun 2009–10. Hu ddebutta fil-logħba tas-16 ta' Mejju 2010 kontra HB Køge,[1] bl-ewwel gowl tiegħu jasal fl-10 ta' Settembru 2010 kontra AC Horsens. Bejn Ottubru u Settembru 2010 ratu jiskorja erba' gowls f'erba' logħbiet konsekuttivi fil-kampjonat, u gowl ieħor fit-Tazza. Fl-istaġun 2012–13 skorja 16-il gowl biex spiċċa t-tieni l-aqwa skorer fil-kampjonat, u magħżul bħala l-plejer tal-istaġun fuq is-sit tal-UEFA.[2]
Nhar it-18 ta' Ġunju 2013, Helenius iffirma kuntratt ta' tliet snin ma' Aston Villa bis-somma tat-trasferiment tkun madwar £1.2m.[3]
Internazzjonali
immodifikaHelenius iddebutta mat-tim nazzjonali tad-Danimarka kontra s-Slovakkja fil-15 ta' Awwissu 2012.
Referenzi
immodifika- ^ Helmin, Jesper. "AaB stiller med unge knægte". Bold.dk (bid-Daniż). Miġbur 2013-07-21.
- ^ Bruun, Peter (2013-05-30). "Season review: Denmark" (bl-Ingliż). UEFA. Miġbur 2013-07-21.
- ^ "Helenius relishing "big opportunity" after sealing Villa move" (bl-Ingliż). Aston Villa FC. 2013-06-18. Miġbur 2013-07-21.
Ħoloq esterni
immodifika- Nicklas Helenius fuq National-Football-Teams.com