Mukivoru
Mukivoru (mil-Latin "mucus" - muki li tfisser likwidi tal-pjanti u "vorare" - -voru li tfisser taħtaf u tibla l-ikel), huwa definit bħala annimal, b' dieta li tkun tikkonsisti primarjament jew esklużivament minn sustanzi organiċi bħal muku ("mucus") u linfa jew likwidi tal-pjanti ("sap").Mukivoru huwa annimal, ġeneralment speċi ta' insett erbivoru, b' dieta speċjalizzata.
Karatteristiċi Fisiċi
immodifikaL-insetti fis-sottordni Auchenorrhyncha li jagħmlu parti mill-ordni Hemiptera għandhom ħalq modofikat u jirrifletti d- dieta speċjalizzata tagħhom. Minnbarra l-pompa u l-muskoli li jaħdmu flimkien u li huma essenzjali biex jiġbdu l-ikel, għandhom parti li tissejjaħ ir-"rostrum" jew "labium" u din hija l-parti biex itaqqbu ġewwa l-pjanta, li mingħajrha ma jkunux jistgħu jilħqu t-tubi minn fejn ikunu għaddejjin il- likwidi jew il-linfa tal-pjanta.
Eżempji ta' Annimali Mukivori
immodifika- Insetti: ħafna speċi ta' insetti membri tal-ordni Hemiptera, u l- ispeċi kollha tas- sottordni Auchenorrhyncha li huma maqsumi f' 4 superfamilji (Cicadoidea, Cercopoidea, Membracoidea u Fulgoroidea.
Ara Ukoll
immodifikaReferenzi
immodifika- Bugs of the World ta' McGavin, George C.; Preston-Mafham, Ken (Pht) ISBN 0713727861.
- Informazjoni dwar il-grupp ta' insetti Hemiptera u l-abitudni ta' nutrizjoni Mukivora