Mudell:PaġnaPrinċipali/Almanakk/8 ta' Novembru
8 ta' Novembru:
- 1793 – F'Pariġi, il-gvern rivoluzzjonarju Franċiż fetaħ il-Louvre għall-pubbliku bħala mużew.
- 1895 – Waqt xi esperimenti fuq l-elettriċità, il-fiżiku Ġermaniż Wilhelm Röntgen skopra r-raġġi X.
- 1923 – Il-Putsch ta' Munich: Adolf Hitler mexxa lill-partit Nażista f'tentattiva li ma rnexxietx biex jieħdu f'idejhom München u l-Ġermanja.
Twieldu f'dan il-jum...
- 1847 – Bram Stoker, rumanzier Irlandiż (m. 1912)
- 1868 – Felix Hausdorff, matematiku Ġermaniż (m. 1942)
- 1932 – Ugo Mifsud Bonnici, il-ħames President ta' Malta
Mietu f'dan il-jum...
- 1308 – Duns Scotus, filosfu Skoċċiż
- 1674 – John Milton (stampa), poeta Ingliż (t. 1608)
- 1719 – Michel Rolle, matematiku Franċiż (t. 1652)
Kommemorazzjonijiet...
Il-Knisja Kattolika tiċċelebra l-festa ta' Sant'Adeodatu.