Mudell:PaġnaPrinċipali/Almanakk/8 ta' Marzu
8 ta' Marzu:
- 1775 – Thomas Paine kiteb l-artiklu "Il-Jasar Afrikan fl-Amerika", l-ewwel artiklu fl-Istati Uniti li talab għall-ħelsien tal-ilsiera u l-abolizzjoni tal-jasar.
- 1957 – L-Eġittu reġa' fetaħ il-Kanal ta' Swejs wara l-kriżi tas-Swejs.
- 1983 – Il-President Ronald Reagan tal-Istati Uniti sejjaħ lill-Unjoni Sovjetika "imperu tal-ħażen".
Twieldu f'dan il-jum...
- 1495 – San Ġwann t'Alla, reliġjuż Spanjol ta' nisel Portugiż, fundatur tal-Ordni tal-Ospedallieri (m. 1550)
- 1560 – Don Carlo Gesualdo, kompożitur Taljan (m. 1613)
- 1879 – Otto Hahn, kimiku Ġermaniż, rebbieħ tal-Premju Nobel għall-Kimika (m. 1968)
Mietu f'dan il-jum...
- 1550 – San Ġwann t'Alla (twieled u miet fit-8 ta' Marzu) (t. 1495)
- 1869 – Hector Berlioz (stampa), kompożitur Franċiż (t. 1803)
- 1917 – Ferdinand von Zeppelin, inventur Ġermaniż taż-Żeppellin (t. 1838)
Kommemorazzjonijiet...
F'ħafna pajjiżi jiġi ċċelebrat Jum Internazzjonali tal-Mara. Il-Knisja Kattolika tiċċelebra l-festa ta' San Ġwann t'Alla.