Mudell:PaġnaPrinċipali/Almanakk/7 ta' Novembru
7 ta' Novembru:
- 1917 – Id-data skont il-kalendarju Gregorjan tar-Rivoluzzjoni ta' Ottubru, li tissejjaħ hekk minħabba li d-data tagħha skont il-kalendarju Ġuljan hi l-25 ta' Ottubru. F'din id-data fl-1917, il-Bolxeviki attakaw il-Palazz tax-Xitwa.
- 1921 – Twaqqaf il-Partito Nazionale Fascista (PNF), il-Partit Nazzjonali Faxxista.
- 1956 – Il-Kriżi tas-Suez: L-Assemblea Ġenerali tal-Ġnus Magħquda adottat riżoluzzjoni tordna lir-Renju Unit, Franza u l-Iżrael biex jirtiraw minnufih it-truppi tagħhom mill-Eġittu.
Twieldu f'dan il-jum...
- 1867 – Maria Sklodowska-Curie (stampa), kimika u fiżika Pollakka, rebbieħa tal-Premju Nobel għall-Fiżika u għall-Kimika (m. 1934)
- 1879 - Leon Trotsky, rivoluzzjonarju Russu (m. 1940)
- 1913 – Albert Camus, kittieb Franċiż, rebbieħ tal-Premju Nobel għal-Letteratura (m. 1960)
Mietu f'dan il-jum...
- 1872 – Alfred Clebsch, matematiku Ġermaniż (t. 1833)
- 1913 – Alfred Russel Wallace, naturalista u bijologu Brittaniku (t. 1823)
- 1992 – Alexander Dubček, politiku Slovakk (t. 1921)
Kommemorazzjonijiet...
Il-Knisja Kattolika tiċċelebra l-festa ta' Sant'Akille ta' Lixandra