Mudell:PaġnaPrinċipali/Almanakk/5 ta' Marzu
5 ta' Marzu:
- 363 – L-Imperatur Ruman Ġuljanu (l-Apostata) telaq minn Antijokja b'armata ta' 90 elf ruħ biex jattakka l-Imperu Sassanid, f’kampanja li kellu jmut fiha hu stess.
- 1933 – Id-Depressjoni l-Kbira: Il-President Amerikan Franklin D. Roosevelt iddikjara "vaganza tal-banek" fejn għalaq il-banek kollha tal-Istati Uniti u waqqaf it-tranżazzjonijiet finanzjarji kollha.
- 1982 – Venera 14, satellita Sovjetika waslet fuq il-pjaneta Venere.
Twieldu f'dan il-jum...
- 1696 – Giovanni Battista Tiepolo, pittur Taljan (m. 1770)
- 1764 – Mikiel Anton Vassalli (stampa), Missier l-Ilsien Malti (m. 1829)
- 1922 – Pier Paolo Pasolini, kittieb u reġista Taljan (m. 1975)
Mietu f'dan il-jum...
- 1827 – Pierre-Simon Laplace , matematiku Franċiż (t. 1749)
- 1827 – Alessandro Volta, fiżiku Taljan (t. 1745)
- 1953 – Sergej Prokof'ev, kompożitur Russu (t. 1891)
Kommemorazzjonijiet...
Il-Knisja Kattolika tiċċelebra l-festa ta' San Ġerażmu u San Ciarán ta' Saighir.