Mudell:PaġnaPrinċipali/Almanakk/3 ta' Diċembru
3 ta' Diċembru:
- 1967 – Fl-Isptar Groote Schuur f'Cape Town, fl-Afrika t'Isfel, tim immexxi mill-kirurgu Christiaan Barnard wettaq l-ewwel trapjant tal-qalb fuq bniedem (Louis Washkansky ta' 53-il sena).
- 1973 – Il-programm Pioneer: Pioneer 10 bagħtet lura l-ewwel fotografiji mill-qrib ta' Ġove.
- 1989 – Il-Gwerra Bierda: F'laqgħa fir-riħ ta' Malta, il-President tal-Istati Uniti George H. W. Bush u l-mexxej Sovjetiku Mikhail Gorbachev ħarġu stqarrija li tat ħjiel li l-gwerra bierda bejn pajjiżhom kienet waslet biex tintemm.
Twieldu f'dan il-jum...
- 1857 – Joseph Conrad, kittieb Ingliż imwieled Pollakk (m. 1924)
- 1911 – Nino Rota, kompożitur Taljan (m. 1979)
- 1930 – Jean-Luc Godard, reġista Franċiż
Mietu f'dan il-jum...
- 1894 – Robert Louis Stevenson, kittieb Skoċċiż (t. 1850)
- 1919 – Pierre-Auguste Renoir (stampa), pittur impressjonista Franċiż (t. 1841)
- 2004 – Shiing-Shen Chern, matematiku Ċiniż (t. 1911)
Kommemorazzjonijiet...
Il-Knisja Kattolika tiċċelebra l-festa ta' San Franġisk Saverju.