Mudell:PaġnaPrinċipali/Almanakk/28 ta' Lulju
28 ta' Lulju:
- 1809 – Il-Gwerra tal-Indipendenza Spanjola: Il-Battalja ta' Talavera: L-armata magħmula mill-Brittaniċi, Portuġiżi u Spanjoli taħt id-Duka ta' Wellington, Arthur Wellesley, għelbet forza Franċiża taħt Joseph Bonaparte.
- 1942 – It-Tieni Gwerra Dinjija: Il-mexxej Sovjetiku Josif Stalin ħareġ l-ordni nru. 227 b'risposta għall-avvanzi allarmanti mill-Ġermaniżi fl-Unjoni Sovjetika. Skont din l-ordni kull min jirtira jew inkella jħalli l-pożizzjoni tiegħu mingħajr ma jiġi ordnat li jagħmel hekk kellu jiġi maqtul minnufih.
- 2005 – L-Armata Repubblikana Irlandiża Proviżorja temmet il-kampanja armata tagħha fl-Irlanda ta' Fuq li kienet ilha sejra tletin sena.
Twieldu f'dan il-jum...
- 1844 – Gerard Manley Hopkins, poeta Ingliż (m. 1889)
- 1804 – Ludwig Feuerbach, filosfu Ġermaniż (m. 1872)
- 1887 – Marcel Duchamp, pittur Franċiż (m. 1968)
Mietu f'dan il-jum...
- 1741 – Antonio Vivaldi, kompożitur Taljan (t. 1678)
- 1750 – Johann Sebastian Bach (stampa), kompożitur Ġermaniż (t. 1685)
- 1794 – Maximilien Robespierre, kap rivoluzzjonarju Franċiż (t. 1758)
Kommemorazzjonijiet...
Fil-Peru jiċcelebraw "Jum l-Indipendenza"; il-Knisja Kattolika tiċċelebra l-festa ta' San Nażarju u San Ċelsu.