Mudell:PaġnaPrinċipali/Almanakk/23 ta' April
23 ta' April:
- 215 QK – Inbena tempju fuq l-Għolja Kapitolina ddedikat lil Venere biex jikkommemora t-telfa tar-Rumani fil-Battalja tal-Lag Trażimenu.
- 1990 – In-Namibja saret il-160 membru tal-Ġnus Magħquda u l-50 membru tal-Commonwealth tan-Nazzjonijiet.
- 1993 – L-Eritrej ivvotaw b'maġġoranza kbira għall-indipendenza mill-Etjopja f'referendum osservat mill-Ġnus Magħquda.
Twieldu f'dan il-jum...
- 1564 – William Shakespeare (stampa), drammaturgu u poeta Ingliż (data tradizzjonali skont il-kalendarju Ġuljan) (m. 1616)
- 1775 – J. M. W. Turner, pittur Ingliż (m. 1851)
- 1858 – Max Planck, fiżiku Ġermaniż, pijunier tal-Mekkanika kwantistika, rebbieħ tal-Premju Nobel għall-Fiżika (m. 1947)
Mietu f'dan il-jum...
- 1616 – Miguel de Cervantes, kittieb Spanjol (t. 1547)
- 1616 – William Shakespeare, drammaturgu u poeta Ingliż (data tradizzjonali skont il-kalendarju Ġuljan, għalhekk għaxart ijiem qabel Cervantes) (t. 1564)
- 1850 – William Wordsworth, poeta Ingliż (t. 1770)
Kommemorazzjonijiet...
Il-Knisja Kattolika tiċċelebra l-festa ta' San Ġorġ u Sant'Adalbert ta' Praga.