Mudell:PaġnaPrinċipali/Almanakk/22 ta' Jannar
22 ta' Jannar:
- 1506 – Wasal Ruma l-ewwel kontinġent tal-Gwardja Żvizzera, magħmul minn 150 ruħ.
- 1521 – L-Imperatur Karlu V tal-Imperu Mqaddes Ruman fetaħ id-Dieta ta' Worms.
- 1963 – Charles de Gaulle u Konrad Adenauer iffirmaw it-Trattat tal-Elysée għall-kooperazzjoni bejn Franza u l-Ġermanja.
Twieldu f'dan il-jum...
- 1788 – George Gordon Byron , poeta Ingliż (m. 1824)
- 1891 – Antonio Gramsci (stampa), filosfu, kittieb, politiku u teoriku tal-pulitika Taljan (m. 1937)
- 1908 – Lev Landau, fiżiku Sovjetiku, rebbieħ tal-Premju Nobel għall-Fiżika (m. 1968)
Mietu f'dan il-jum...
- 1840 – Johann Friedrich Blumenbach, antropologu Ġermaniż (t. 1752)
- 1901 – Ir-Reġina Vittorja tar-Renju Unit (t. 1819)
- 1922 – Camille Jordan, matematiku Franċiż (t. 1838)
Kommemorazzjonijiet...
Il-Knisja Kattolika tiċċelebra l-festa ta' San Duminku ta' Sora, San Gawdenzju ta' Novara u San Valerju; Il-Knisja Ortodossa tiċċelebra l-festa ta' San Filippu II.