Mudell:PaġnaPrinċipali/Almanakk/1 ta' Settembru
1 ta' Settembru:
- 1923 – It-terremot il-kbir ta' Kanto qered Tokjo u Jokoħama u qatel madwar 105,000 ruħ.
- 1939 – It-Tieni Gwerra Dinjija: Il-Ġermanja invadiet il-Polonja u hekk bdiet it-Tieni Gwerra Dinjija.
- 1969 – F'rivoluzzjoni fil-Libja Muammar al-Gaddafi ħa l-poter u aktar tard ittrasferixxieh lill-Kumitat Popolari.
Twieldu f'dan il-jum...
- 1653 – Johann Pachelbel, kompożitur Ġermaniż (m. 1706)
- 1848 – Auguste-Henri Forel, entomologu Żvizzeru (m. 1931)
- 1854 – Engelbert Humperdinck, kompożitur Ġermaniż (m. 1921)
Mietu f'dan il-jum...
- 1687 – Henry More, filosfu Ingliż (t. 1614)
- 1715 – François Girardon, skultur Franċiż (t. 1628)
- 1715 – Lwiġi XIV ta' Franza (stampa), re ta' Franza u Navarra (t. 1638)
Kommemorazzjonijiet...
Il-Knisja Kattolika tiċċelebra l-festa ta' Sant'Eġidju.