Mudell:PaġnaPrinċipali/Almanakk/1 ta' Diċembru
1 ta' Diċembru:
- 1640 – It-tmiem tal-Unjoni Iberika: Il-Portugall akklama r-re João IV tal-Portugall u hekk intemm perjodu ta' 60 sena ta' unjoni personali tal-kuruni tal-Portugall u Spanja u l-ħakma mil-familja tal-Habsburg.
- 1919 – Nancy Astor saret l-ewwel Membru tal-Parlament mara fir-Renju Unit.
- 1925 – L-Ewwel Gwerra Dinjija: Ġie ffirmat f'Londra t-trattat finali, it-Trattat ta' Locarno li stabbilixxa l-qbil territorjali ta' wara l-gwerra.
Twieldu f'dan il-jum...
- 1083 – Anna Comnena, storika Biżantina (m. 1153)
- 1884 – Karl Schmidt-Rottluff, pittur Ġermaniż (m. 1976)
- 1935 – Woody Allen, reġista, attur u kummidjant Amerikan
Mietu f'dan il-jum...
- 1455 – Lorenzo Ghiberti (stampa), skultur, arkitett u orafu Taljan (t. 1378)
- 1916 – Charles de Foucauld, mexxej reliġjuż Franċiż (t. 1858)
- 1947 – G. H. Hardy, matematiku Ingliż (t. 1877)
Kommemorazzjonijiet...
Jum Dinji kontra s-Sindromu ta' Immunodefiċjenza Akkwistata (AIDS). Il-Knisja Kattolika tiċċelebra l-festa ta' San Eliġju.