Mudell:PaġnaPrinċipali/Almanakk/19 ta' Novembru
19 ta' Novembru:
- 1493 – Kristofru Kolombu niżel l-art fuq gżira li kien ra għall-ewwel darba l-jum ta' qabel. Semmiha San Juan Bautista (aktar tard saret tissejjaħ Puerto Rico).
- 1977 – Il-President Eġizzjan Anwar Sadat sar l-ewwel mexxej Għarbi li żar uffiċjalment l-Iżrael, fejn iltaqa' mal-Prim Ministru Iżraeli Menachem Begin u tkellem quddiem il-Knesset f'Ġerusalemm bl-għan li jfittex soluzzjoni paċifika permanenti.
- 1998 – Il-pittura Ritratt tal-artista bla daqna ta' Vincent van Gogh inbigħet f'irkant għal 71.5 miljuni dollari Amerikani.
Twieldu f'dan il-jum...
- 1805 – Ferdinand de Lesseps, diplomatiku Franċiż u inġinier tal-Kanal ta' Suez (m. 1894)
- 1900 – Anna Seghers, kittieba Ġermaniża (m. 1983)
- 1917 – Indira Gandhi, Prim Ministru tal-Indja (m. 1984)
Mietu f'dan il-jum...
- 1665 – Nicolas Poussin, pittur Franċiż (t. 1594)
- 1828 – Franz Schubert (stampa), kompożitur Awstrijak (t. 1797)
- 1949 – James Ensor, pittur Belġjan (t.1860)
Kommemorazzjonijiet...
Il-Knisja Kattolika tiċċelebra l-festa ta' Sant'Anjeże ta' Assisi u Santa Matilde.