Opossum ta' denbu qasir ta' strixxa waħda
L-Opossum ta' denbu qasir ta' strixxa waħda, magħruf xjentifikament bħala Monodelphis unistriata, huwa mammiferu marsupjal, tal-familja Didelphidae, fl-ordni Didelphimorphia u huwa wieħed mill-opossumi ta' denbhom qosra, l-inqas fost l-opossumi li huma addattati għal ħajja fis-siġar.
Opossum ta' denbu qasir ta' strixxa waħda | |
---|---|
Klassifikazzjoni xjentifika | |
Renju: | Animalia |
Phylum: | Chordata |
Klassi: | Mammalia |
Sottoklassi: | Theria |
Infraklassi: | Metatheria |
Superordni: | Ameridelphia |
Ordni: | Didelphimorphia (Gill, 1872) |
Familja: | Didelphidae (Gray, 1821) |
Sottofamilja: | Didelphinae (Gray, 1821) |
Ġeneru: | Monodelphis (Burnett, 1830) |
Speċi: | M. unistriata |
Isem binominali | |
Monodelphis unistriata (Wagner, 1842) | |
Firxa tal-Monodelphis unistriata |
Dan l-opossum ta' denbu qasir ġeneralment jippreferi jgħix f'abitat kemm ta' foresti subtropikali u tropikali umdi, kif ukoll f'artijiet bil-ħaxix subtropikali u f'artijiet tropikali baxxi. Minħabba li dan l-opossum huwa annimal omnivoru, id-dieta tiegħu hija bbażata fuq frott, insetti u annimali vertebrati żgħar oħra.
Il-Monodelphis unistriata għandu distribuzzjoni fil-kontinent tal-Amerika t'Isfel u jinsab mifrux mal-foresti u l-artijiet tal-ħaxix fl-Arġentina u fix-Xlokk tal-Brażil.
Klassifikazzjoni
immodifika- Ordni Didelphimorphia
- Superfamilja Didelphoidea
- Familja Didelphidae
- Sottofamilja Didelphinae
- Ġeneru Monodelphis
- Opossum ta' denbu qasir ta' strixxa waħda, Monodelphis unistriata
- Ġeneru Monodelphis
- Sottofamilja Didelphinae
- Familja Didelphidae
- Superfamilja Didelphoidea
Referenzi
immodifika- Wilson, D. E.; Reeder, D. M. Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press, ISBN 0-8018-8221-4
- Id-Databażi Palebijoloġika
- Infonatura
Ħoloq esterni
immodifika- Monodelphis unistriata fuq il-Lista Ħamra tal-IUCN (2006).