Mircea Rednic
Mircea Rednic (twieled fid-9 ta' April 1962) huwa eks-plejer u kowċ tal-futbol Rumen.
Informazzjoni personali | |||
---|---|---|---|
Twelid | 9 ta' April 1962 Hunedoara, Rumanija | ||
Tul | 1.75m | ||
Rwol | Difensur | ||
Mixtliet | |||
1976–1979 | Corvinul Hunedoara | ||
1979–1980 | Luceafărul Bucureşti | ||
Karriera professjonali | |||
Snin | Klabb | ||
1980–1983 | Corvinul Hunedoara | ||
1983–1990 | Dinamo Bucureşti | ||
1990–1991 | Bursaspor | ||
1991–1996 | Standard Liège | ||
1996–1997 | Sint-Truidense | ||
1997–2000 | Rapid Bucureşti | ||
Tim nazzjonali | |||
1981–1991[1] | Rumanija | ||
Timijiet ikkowċjati | |||
2000–2001 | Rapid Bucureşti | ||
2001 | FCM Bacău | ||
2002–2003 | Rapid Bucureşti | ||
2004 | Al-Nassr | ||
2004–2005 | Universitatea Craiova | ||
2005–2006 | FC Vaslui | ||
2006–2007 | Dinamo Bucureşti | ||
2007–2008 | Rapid Bucureşti | ||
2008–2009 | Dinamo Bucureşti | ||
2009 | Alania Vladikavkaz | ||
2010–2011 | Khazar Lankaran | ||
2012 | Astra Ploieşti | ||
2012 | Petrolul Ploieşti | ||
2012–2013 | Standard Liège | ||
2013 | CFR Cluj |
Karriera
immodifikaMircea Rednic twieled ġewwa Hunedoara u beda jilgħab fl-Ewwel Diviżjoni tal-pajjiż fl-1980 ma' Corvinul Hunedoara.
Rednic lagħab 83 logħba u skorja żewġ gowls mat-tim nazzjonali Rumen bejn l-1981 u l-1991. Huwa wkoll irrappreżenta lil pajjiżu fil-Kampjonati Ewropej tal-1984 u fit-Tazza tad-Dinja tal-1990.
Wara li rtira, Rednic beda jaħdem bħala kowċ ma' Rapid Bucureşti. Ftit wara hu mar jigwida lil FCM Bacău u fl-2002 hu rritorna ma' Rapid fejn magħhom rebaħ it-titlu tal-Ewwel Diviżjoni fl-istaġun 2002–03. Madanakollu, fl-istaġun ta' wara kien imkeċċi u rritorna lura fuq il-bankina din id-darba bħala kowċ ta' Universitatea Craiova għall-istaġun 2004–05. Fl-istaġun 2006–07 hu mar ma' Dinamo Bucureşti u magħhom kellu staġun impressjonanti wara li rebaħ l-Ewwel Diviżjoni Rumena għal darb'oħra.
Fid-9 ta' Ottubru 2007 Rednic iffirma kuntratt ta' erba' snin ma' Rapid Bucureşti iżda rriżenja f'Marzu tal-2008. Hu kien maħtur kowċ ġdid għal Dinamo Bucureşti fis-sajf tal-2008. Minn Lulju tal-2010 sa Diċembru tal-2011 huwa mexxa lil Khazar Lankaran fl-Ażerbajġan.
F'Marzu 2012, Rednic mar lura f'pajjiżu billi ffirma kuntratt ma' Astra Ploieşti sal-aħħar tal-istaġun.[2] It-tim spiċċa fit-tnax-il post ta' Liga I u Rednic iddeċieda li ma jkomplix ma Astra. Minflok, huwa mar mal-akbar rivali tagħhom, Petrolul Ploieşti.[3]
F'Ottubru 2012 hu ffirma kuntratt ma' Standard Liege.
Gowls internazzjonali
immodifika# | Data | Post | Avversarju | Skor | Riżultat | Kompetizzjoni |
---|---|---|---|---|---|---|
1 | 29 ta' Lulju 1984 | Stadionul 23 August, Iaşi, Rumanija | Ċina | 1–0 | 4–2 | Logħba ta' ħbiberija |
2 | 26 ta' Mejju 1990 | Stadju Heysel, Brussell, Belġju | Belġju | 1–2 | 2–2 | Logħba ta' ħbiberija |
Unuri
immodifikaPlejer
immodifika- Dinamo Bucureşti
- Kampjonat Rumen: 1983–84, 1989–90
- Tazza Rumena: 1983–84, 1985–86, 1989–90
- Standard Liége
- Tazza Belġjana: 1993
- Rapid Bucureşti
- Kampjonat Rumen: 1998–99
- Tazza Rumena: 1998
- Super Cup Rumena: 1999
Kowċ
immodifika- Rapid Bucureşti
- Kampjonat Rumen: 2002–03
- Tazza Rumena: 2002
- Super Cup Rumena: 2002, 2003
- Dinamo Bucureşti
- Kampjonat Rumen: 2006–07
- Khazar Lankaran
- Tazza Ażerbajġana: 2011
Referenzi
immodifika- ^ Stokkermans, Karel (2020-05-28). "Mircea Rednic - International Appearances" (bl-Ingliż). Rec.Sport.Soccer Statistics Foundation.
- ^ "Mircea Rednic – antrenor principal" (bir-Rumen). FC Astra. Miġbur 2012-03-29.
- ^ "Mircea Rednic este noul antrenor principal al FC Petrolul Ploieşti" (bir-Rumen). FC Petrolul. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2012-06-02. Miġbur 2012-05-30.
Ħoloq esterni
immodifika- Mircea Rednic fuq National-Football-Teams.com
- (RO) Profil fuq RomanianSoccer.ro