Masjed Soleyman (Persjan: مسجد سلیمان‎) Rumaniżżata ukoll bħala Masjedsoleimān, Masjed-e Soleymān, Masjed Soleiman, u Masjid-i-Sulaiman) hija belt u kapitali tal-Kontea ta’ Masġed Solejman, Provinċja ta’ Khużestan, l-Iran. Fiċ-ċensiment tal-2006, il-popolazzjoni tagħha kienet 206,121, f'51,530 familja. Masjed Soleiman hija belt storika li tmur lura għall-Imperu Achaemenid. Din il-belt hija reġjun għani f'termini ta' ġibjuni taż-żejt u ħażniet tal-gass, b'viċinat max-Xmara Karoon u xenarji spettakolari. Fis-26 ta' Mejju 1908, l-ewwel tħaffir għaż-żejt laħaq riserva taż-żejt taħt l-art fl-inħawi ta' Nafton. Din l-iskoperta taż-żejt bidlet kompletament il-ħajja ekonomika u soċjali tal-Iran u l-Lvant Nofsani. Minn dan it-tħaffir, ġew estratti 36,000 litru żejt kuljum. Matul l-għexieren ta' snin ta' wara, saru aktar minn 300 tħaffira għaż-żejt f'dan il-qasam sabiex jiġu sfruttati r-riżervi li kien hemm fiha. Din saret l-ewwel belt industrijali tal-Iran, u kellha rwol vitali fl-ekonomija, l-industrija u l-modernizzazzjoni tal-Iran.

Ġeografija

immodifika

Masġed Solejman kien abitat minn diversi mexxejja tal-gruppi ta’ tribujiet Bakhtijari iżda l-esplorazzjoni taż-żejt f’din iż-żona ġibdet nies oħra minn partijiet oħra taż-żoni Bakhtijari lejn din il-belt għal kummerċ jew impjiegi.

Masġed Solejman għandu klima semi-arida sħuna ( klassifikazzjoni tal-klima Köppen: BSh).

Attrazzjonijiet ewlenin

immodifika

L-iktar parroċċa interessanti ta’ Masġed Solejman hija Tembi, u s-sit storiku u antik huwa t-Tempju ta’ Sarmasġed fil-grigal. It-tempju ta' Sarmasġed jinsab fix-xifer tat-terrazzin ta' Sarmasġed, fi żmien il-qedem kien hemm nar jaqbad kontinwament ġewwa fih. Skont l-istoriċi kienet il-kapitali tar-Renju tal-Akkemenjani. Fost fdalijiet antiki oħra ta' Masġed Solejman, jissemma' ukoll t-tempju antik ta' Bard-e-Nexande.

 
Re Partjan, jagħmel offerta lill-alla Herakles - Verethragna . Masġide Sulejman, Iran . 2-3 seklu WK. Louvre Sb 7302.[1]

Storja antika u etimoloġija

immodifika

Il-belt kienet magħrufa bħala Parsumaxx qabel il-ħakma Musulmana tal-Persja.

Espedizzjoni arkeoloġika Franċiża taħt is-superviżjoni tal-Profs. Roman Ghirshman għamlet xi skoperti importanti.[1] Ghirshman jemmen li Parsomaxx (il-lum Masġed Solejman) kienet l-eqdem kapitali tar-Renju tal-Akkemenja.

Storja kontemporanja

immodifika

L-importanza ta 'Masjed Soleyman illum tinsab fl-esplorazzjoni taż-żejt. William Knox D'Arcy, b'kuntratt ma ' Ali-Qoli Khan Bakhtiari, kiseb permess biex jesplora għaż-żejt fl-Iran, skopra żejt ħdejn din il-belt fl-1908.[2][3] Din kienet l-ewwel darba li ż-żejt ġie skopert fil-Lvant Nofsani, u biddel l-istorja tar-reġjun.[4] L-iskoperta taż-żejt wasslet għall-iżvilupp tal-industrija petrokimika u wkoll l-istabbiliment ta' industriji li jiddependu bil-qawwa fuq iż-żejt.

L-ewwel tal-Iran

immodifika
  • Qasam taż-żejt Masġed Solejman L-ewwel bir taż-żejt fl-Iran u fil-Lvant Nofsani
  • L-ewwel fabbrika tal-kubrit fl-Iran
  • L-ewwel impjant tat-trattament tal-ilma tal-Iran
  • L-ewwel impjant tal-enerġija fl-Iran
  • L-ewwel ajruport fl-Iran
  • L-ewwel klabbs sportivi fl-Iran
  • L-ewwel fabbrika tal-ġibs fl-Iran
  • L-ewwel mużew ġeoloġiku fl-Iran
  • L-ewwel grawnd tal-futbol, volleyball, bowling u golf fl-Iran
  • L-ewwel trasmettitur tal-mewġ tar-radju fl-Iran
  • L-ewwel gass qares tal-Iran
  • L-ewwel pajpijiet tal-ilma fl-Iran
  • L-ewwel impjant tal-asfalt fl-Iran
  • L-ewwel lift tal-gondola fl-Iran
  • L-ewwel fabbrika tar-ramel fl-Iran
  • L-ewwel netwerk telegrafiku fl-Iran
  • L-ewwel laboratorju mediku fl-Iran

Nies notevoli

immodifika
  • Mohsen Rezaei (1954–), politiku Iranjan, ekonomista u eks kmandant militari
  • Frank Nezhadpournia (1971–), Pilota Anglo Iranian u Awtur. L-ewwel Iranjan volontier għas-servizz militari fl-Iran wara li rċieva Stedina Presidenzjali
  • Bijan Allipour (1949–), eżekuttiv tan-negozju Iranjan. CEO ta' NISOC
  • Mehran Karimi Nasseri (1942–), refuġjat Iranjan li għex fis-sala tat-tluq tat-Terminal 1 fl-Ajruport Charles de Gaulle mis-26 ta' Awwissu 1988 sa Lulju 2006
  • Habib Far Abbasi (1997-), plejer tal-futbol

Referenzi

immodifika
  1. ^ a b "Bas-relief | Musée du Louvre | Paris". web.archive.org. 2015-04-01. Miġbur 2021-05-26.
  2. ^ Vassiliou, M. S. Historical Dictionary of the Petroleum Industry. Lanham, MD: Scarecrow, 2009. Print.
  3. ^ Frankopan, Peter (2016). The Silk Roads : a new history of the world. New York.
  4. ^ "May 26, 1908: Mideast Oil Discovered — There Will Be Blood | WIRED". Wired (bl-Ingliż).