Mary Shelley
Dan l-artiklu dwar il-letteratura huwa nebbieta. Jekk trid, tista' tikkontribwixxi issa biex ittejjeb dan l-artiklu, dejjem skont il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija. |
Mary Wollstonecraft Shelley (UK IPA: /ˈwʊlstənkrɑːft/; née Godwin; 30 ta’ Awwissu 1797 – 1 ta’ Frar 1851) kienet rumanziera Ingliża li kitbet ir-rumanz gotiku Frankenstein; or, The Modern Prometheus (1818), ikkunsidrat bħala wieħed mill-ewwel xogħlijiet ta’ fantaxjenza, u wieħed mill-aktar xogħlijiet magħrufin tagħha[1]. Hija editjat u ppromwoviet ukoll ix-xogħol tar-raġel tagħha, il-poeta Romantiku u l-filosofu Percy Bysshe Shelley. Missierha kien il-filosofu politiku William Godwin, u ommha l-filosofu u d-difensur tad-drittijiet tan-nisa Mary Wollstonecraft.
Mary Shelley għexet ħajja letterarja. Missierha ħeġġiġha tikteb l-ittri biex titgħallem is-sengħa tal-kitba. Il-passatemp favorit tagħha fi tfulitha kien li tikteb l-istejjer. Fl-1814 Mary Shelley ħarbet ma’ Percy u tilfet ix-xogħlijiet li kienet kitbet f’żgħożitha. Madankollu, ħadd mhu ċert jekk il-manuskritti li eventwalment instabu, kinux inkitbu qabel din is-sena. Huwa maħsub li l-ewwel xogħol li ppubblikat Shelley huwa Mounseer Nongtongpaw, li kitbet meta kellha għaxar snin. Dan ix-xogħol ta’ versi komiċi kitbitu għall-Juvenile Library. Madankollu, din il-poeżija xi drabi hija attribwita lil kittieb ieħor. Mary Shelley tirrakkonta: “Żewġi, sa mill-bidu kien iħeġġiġni biex nuri li jien denja tal-isem tal-ġenituri tiegħi u biex nikseb reputazzjoni letterarja.”
Referenzi
immodifika- ^ Aldiss, Brian W. (1973). Billion year spree : the true history of science fiction. Garden City, N.Y.