Mario Been
Mario Been (twieled fil-11 ta' Diċembru 1963) huwa eks-plejer tal-futbol u kowċ Netherlandiż. Huwa mlaqqam "Mariodona".
Informazzjoni personali | |||
---|---|---|---|
Isem sħiħ | Marinus Antonius Been | ||
Twelid | 11 ta' Diċembru 1963 Rotterdam, Netherlands | ||
Tul | 1.78 m | ||
Rwol | Midfilder | ||
Mixtliet | |||
FC Rotterdam | |||
Feyenoord | |||
Karriera professjonali | |||
Snin | Klabb | ||
1982–1988 | Feyenoord | ||
1988–1991 | Pisa | ||
1991–1991 | Roda JC | ||
1991–1992 | Heerenveen | ||
1992–1993 | Tirol Innsbruck | ||
1993–1995 | Excelsior | ||
Tim nazzjonali | |||
1984 | Netherlands | ||
Timijiet ikkowċjati | |||
2000–2004 | Feyenoord (assistent) | ||
2005–2006 | Excelsior | ||
2006–2009 | NEC | ||
2009–2011 | Feyenoord | ||
2011–2014 | Genk | ||
2016–2017 | Fenerbahçe (assistent) | ||
2017 | APOEL |
Karriera
immodifikaPlejer
immodifikaHuwa għamel id-debutt tiegħu fil-futbol fil-5 ta' Settembru 1982 fil-logħba bejn Feyenoord - NEC Nijmegen (1-0). Huwa lagħab mill-1982 sal-1988 bil-flok ta' Feyenoord, hu skorja 53 gowls f'137 logħbiet. Fil-bidu tal-istaġun 1988-89 inxtara minn Pisa, speċifikament kien mitlub mill-president Romeo Anconetani. Matul il-ħin tiegħu fl-Italja, il-klabb lagħab fis-Serie A u fis-Serie B. Wara tliet snin fl-Italja, Been mar lura lejn l-Olanda fejn ingħaqad ma Roda JC u mbagħad Heerenveen. Wara staġun wieħed ma Heerenveen, Been mar lejn l-Awstrija biex jingħaqad ma Tirol Innsbruck fl-1992 qabel ma rritorna lejn ma Excelsior fejn baqa' hemm għal tliet snin qabel ħabbar l-irtirar tiegħu. Been lagħab l-aħħar logħba kompetittiva tiegħu fis-17 ta' Settembru 1995 meta HFC Haarlem għelbu lil Excelsior Rotterdam (4–0).
Kowċ
immodifikaBħala kowċ, huwa kien kowċ assistent ta' Feyenoord mill-2000 sal-2004 , flimkien ma Bert van Marwijk. Fl-istaġun 2005-06 sar kowċ ta' Excelsior Rotterdam, fejn magħhom rebaħ il-kampjonat Olandiż tat-tieni diviżjoni. Mill-2006 sal-2009 kien il-kowċ ta' NEC Nijmegen .
Fl-2009 reġa' inħatar kowċ ta' Feyenoord. Fl-2010 Feyenoord sofrew l-agħar telfa fl-istorja tagħhom, telfa ta' 10-0 kontra PSV Eindhoven, iżda wara dan Been irriżenja. Minkejja dan, finali pjuttost diżappuntanti ra lil Feyenoord jonqsu milli jikkwalifikaw għall-futbol Ewropej u anke kienu fil-periklu għar-relegazzjoni, Been kien ikkonfermat fit-tmexxija ta' Feyenoord għall-istaġun ġdid.
Fit-30 ta' Awwissu 2011 inħatar kowċ ta' Genk billi ffirma kuntratt ta' sentejn.
Unuri
immodifika- Genk
- Tazza Belġjana: 2012–13
Ħoloq esterni
immodifikaWikimedia Commons għandha fajls multimedjali li għandhom x'jaqsmu ma': Mario Been |
- Mario Been fuq National-Football-Teams.com