Marie Myriam (imwielda bħala Miriam Lopes; twieldet fit-8 ta' Mejju 1957) hija kantanta Portugiża.

Marie Myriam
Ħajja
Twelid Kananga (en) Translate, 8 Mejju 1957 (67 sena)
Nazzjonalità Franza
Portugall
Edukazzjoni
Lingwi Franċiż
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni kantant
Parteċipant
Psewdonomu Marie Myriam
Strument/i tal-mużika vuċi

Fl-1977 hi rrapreżentat lill-Franza fil-Festival tal-Eurovision 1977 bil-kanzunetta "L'oiseau et l'enfant" ("L-Għasfur u t-Tfajjel") b'mużika ta' Jean-Paul Cara u kliem ta' Joe Gracy. Fl-1981, Marie Myriam irrapreżentat ukoll lil Franza fil-Yamaha Music Festival bil-kanzunetta "Sentimentale"; hi spiċċat fid-disa' post.

Fis-snin riċenti hi qrat il-voti tal-ġurija Franċiża fil-Festival tal-Eurovision.

Hi għamlet apparenza fil-kunċert tal-50 anniversarju f'Kopenħagen, id-Danimarka, f'Ottubru 2005 bħala preżentatriċi u kantanta mistiedna. Fl-istess sena, Marie kitbet l-introduzzjoni tal-edizzjoni Franċiża ta' The Eurovision Song Contest - The Official History minn John Kennedy O'Connor.[1]

Referenzi

immodifika
  1. ^ O'Connor, John Kennedy. Eurovision Song Contest - Le Livre Officiel Des 50 Ans. Succès Du Livre 2005

Ħoloq esterni

immodifika