Manuel Almunia Rivero (twieled fid-19 ta' Mejju 1977) huwa eks-plejer tal-futbol li kien jilgħab bħala gowler.

Manuel Almunia
Informazzjoni personali
Isem sħiħManuel Almunia Rivero
Twelid19 ta' Mejju 1977 (1977-05-19) (47 sena)
Pamplona, Spanja
Tul1.91 m
RwolGowler
Karriera professjonali
SninKlabb
1997–1999Osasuna B
1999–2000Osasuna
1999–2000Cartagena (self)
2000–2001Sabadell
2001–2004Celta Vigo
2001–2002Eibar (self)
2002–2003Recreativo Huelva (self)
2003–2004Albacete (self)
2004–2012Arsenal
2011West Ham United (self)
2012–2014Watford

Karriera

immodifika

Imwieled Pamplona, Almunia beda l-karriera tiegħu fl-1997 mat-tim tar-riservi ta' Osasuna, fejn lagħab għal żewġ staġuni mat-tim fis-Segunda División B. Għal żewġ staġuni oħra lagħab f'dan l-istess livell ma' Cartagena u Sabadell, qabel ma ngħaqad Real Club Celta de Vigo fl-2001–02 għall-ewwel esperjenza tiegħu fl-ogħla diviżjoni Spanjola.

Madanakollu, ftit wara li ngħaqad ma' Celta, Almunia ġie msellef lit-tim ta' Eibar li jilgħab fis-Segunda División. Wara dan il-perjodu ta' self, reġa' ġie msellef għall-istaġun 2002–03, din id-darba ma' Recreativo Huelva fil-La Liga. Mat-tim mill-Andalusja lagħab biss żewġ logħbiet fil-kampjonat. Għat-tielet u l-aħħar darba ġie msellef, nhar l-1 ta' Novemru 2003, lit-tim ta' Albacete.

Fl-14 ta' Lulju 2004, Arsenal iffirmaw lil Almunia għal somma mhux magħrufa.[1] Id-debutt tiegħu wasal fis-27 ta' Ottubru 2004, fir-rebħa ta' 2–1 kontra Manchester City, partita valida mill-Carling Cup. Hu lagħab fil-logħbiet kollha tal-Arsenal matul din il-kompetizzjoni, li ntemmet fil-kwarti tal-finali kontra Manchester United.

Minkejja l-iżbalji tiegħu, il-kowċ Arsène Wenger baqa' jżomm fiduċja fil-plejer u kien ukoll involut f'logħbiet importanti għall-Gunners meta Jens Lehmann kien isofri minn problemi fiżiċi. Fil-finali tal-UEFA Champions League 2006 kontra Barcelona, Almunia kellu jidħol fit-18-il minuta wara li Lehmann ġie mkeċċi. Minkejja prestazzjoni qalbiena tat-tim (li kienu marru minn fuq anke jekk kienu minn taħt b'għaxar irġiel), sofrew żewġ gowls fit-tieni taqsima għat-telfa finali ta' 2–1.

Almunia baqa jiġi msejjaħ mal-ewwel ħdax fil-partiti tal-FA Cup u l-Carling Cup fl-istaġun 2006–07, fejn lagħab ukoll logħba waħda fil-kampjonat kontra l-Liverpool, fejn baqa' imbattibbli matul id-disgħin minuta. Wara serje ta' problemi fiżiċi ta' Lehmann fl-istaġun 2007–08, Almunia sab ruħu figura regulari mal-ewwel ħdax u onora dan ir-rwol ġdid tiegħu bi prestazzjonijiet tajbin. Sussegwentament, anke meta Lehmann reġa' ġie lura fl-azzjoni, Almunia baqa' l-ewwel għażla bejn il-lasti.

Wara t-tluq ta' Lehmann fil-bidu tal-istaġun 2008–09, Almunia issolida ruħu bħala l-gowlkiper numru wieħed tal-Arsenal. Mill-istaġun 2011–12 sar it-tielet għażla tal-klabb, wara Wojciech Szczęsny u Łukasz Fabiański.

Referenzi

immodifika
  1. ^ "Almunia joins Arsenal" (bl-Ingliż). BBC Sport. 2004-07-14.

Ħoloq esterni

immodifika