Malala Yousafzai (Urdu: ملالہ یوسف زئی‎ Malālah Jūsafżaj, Paxtun: ملاله یوسفزۍ‎ [məˈlaːlə jusəf ˈzəj]; imwielda fit-12 ta' Lulju 1997) hija attvista Pakistana għall-edukazzjoni tal-bniet u n-nisa u l-iżgħar rebbieħa tal-Premju Nobel għall-Paċi. It-Taliban sparawlha f'rasha biex iwaqqfu lilha u lil tfajliet oħra milli jmorru l-iskola.

Malala Yousafzai
Ħajja
Twelid Mingora (en) Translate, 12 Lulju 1997 (27 sena)
Nazzjonalità Pakistan
Residenza Birmingham
Familja
Missier Ziauddin Yousafzai
Omm Toorpekai Yousafzai
Konjuga/i Victor Bentala (en) Translate
Edukazzjoni
Alma mater Edgbaston High School (en) Translate
(2013 - 2017)
Lady Margaret Hall (en) Translate
(2017 - 2020) : Filosofija, Politika u Ekonomija
Lingwi Ingliż
Urdu
Paxtun
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni bloggej
attivist għad-drittijet umani
kittieb tal-memorji
kittieb
attivista tad-drittijiet tan-nisa
Premjijiet
Nominat għal
uri
  • [[National Malala Peace Prize (en) ]]
    (2011)
    [[International Children's Peace Prize (en) ]]
    (2011)
    Premju Nobel tal-Paċi
    (2014)
Moviment drittijiet tat-tfal
women's rights (en) Translate
Psewdonomu Gul Makai

"Sparawlha f'rasha mill-qrib ħafna, u għamluha aktar b'saħħitha," qalet Angelina Jolie, attriċi ta' Hollywood, waqt it-tnedija tal-ewwel proġett biex 40 tifla fid-distrett ta' Swat fil-Pakistan jiġu mgħejjuna jmorru l-iskola.

Malala rkuprat mit-tidrib tagħha b'segwitu għal kura estensiva fir-Renju Unit, fejn qed tgħix issa, u ddikjarat li trid li "kull tfajla, kull tifel u tifla, jingħataw edukazzjoni."

Il-ġlieda tagħha bdiet meta, fl-età ta' 11-il sena, kienet tikteb djarju anonimu dwar il-ħajja ta' studenta taħt it-Taliban fil-Wied ta' Swat fil-Pakistan għall-BBC Urdu fuq l-internet. du er rar!

It-Taliban u l-edukazzjoni tal-bniet

immodifika

Fid-djarju tagħha għall-Erbgħa, 14 ta' Jannar 2009 kitbet, "Jista' jkun li qatt ma nerġa' mmur skola." Is-surmast tal-iskola kien ħabbar il-bidu tal-vaganzi tax-xitwa imma mhux id-data meta l-iskola kellha terġa' tiftaħ. Nhar il-15 ta' Jannar 2009, it-Taliban ħarġu digriet biex jagħlqu l-iskejjel femminili kollha fi Swat. Diġà kienu ġew sploduti aktar minn 150 skola!

Ftit wara, Malala u l-familja tagħha kellhom jaħarbu minn Mingora, il-belt assedjata tagħhom, waqt li t-Taliban u l-armata Pakistana kienu qed jiġġieldu għal kontroll.

L-iskola ta' Malala saret ħerba. Meta marru lura d-dar wara li l-qagħda tassigurtà tjiebet, Malala u missierha Ziauddin, membru liberali tal-Jirga li kien imexxi skola femminili, ġew mhedda. Madankollu, Malala kompliet tiġġieled favur l-edukazzjoni talbniet f'intervisti u dehriet televiżivi żbukkati, waqt li ħadet sehem volontarjament f'żewġ dokumentarji dwar l-edukazzjoni tal-bniet fil-wied ta' Swat bl-isem Class dismissed in Swat Valley u A school girl's odyssey. Użat donazzjoni biex tixtri xarabank għall-iskola, u kien fuq l-istess xarabank fi triqitha lejn id-dar li sparawlha filwaqt li żewġ tfajliet oħra ndarbu f'attakk li l-Partit Tehrik-e-Taleban ddikjara li hu responsabbli għalih.

L-attentat ta' qtil

immodifika

Fil-ktieb tagħha 'I am Malala' tirrakkonta li fid-9 ta' Ottubru 2012 ix-xarabank bl-istudenti li hi kienet fiha, twaqqfet minn raġel li kellu wiċċu nofsu mgħotti u li tela' fuq ix-xarabank jistaqsi 'Min hi Malala ?'

Il-ħabiba tagħha kienet għadha kif qaltilha li dan x'aktarx kien ġurnalist li jrid jintervistaha minħabba l-kawża li kienet qed tippromwovi favur edukazzjoni għall-bniet fil-Pakistan. Iżda meta dan ir-raġel ħareġ pistola, ħajjitha inbidlet fi ftit sekondi. Tliet tiri wasslu biex Malala ssofri feriti f'rasha minn waħda mill-bullets filwaqt li tnejn l-oħra laqtu żewġ tfajliet oħra f'dirgħajhom u spallejhom.

It-Taliban ried joqtol lil Malala għax kienet qed titkellem favur id-dritt tal-edukazzjoni għall-bniet, imma l-iskop tiegħu falla, hekk kif wara diversi interventi mediċi, Malala irkuprat u kompliet il-kampanja tagħha b'iktar saħħa u b'attenzjoni internazzjonali mill-media.

Hi ħadet il-kura fl-Ingilterra fejn għadha tghix sal-lum. Fil-ktieb tagħha tgħid li tibqa' fiduċjuża li xi darba tkun tista' tirritorna f'pajjiżha, il-Pakistan.

L-attakk kien maħsub biex joqtol lil Malala u "jagħti tagħlima" lil kull min kien assoċjat magħha u mal-ġlieda tagħha għad-dritt tannisa u t-tfajliet fil-Pakistan li jieħdu edukazzjoni, jkunu liberi u jiddeċiedu għalihom infushom. Madankollu, il-ġlieda ta' Malala kompliet.

Dawk kollha involuti fl-attentat fuq Malala huma maħsubin li ħarbu lejn l-Afganistan u s'issa ma nqabdux.

Diskors lin-Nazzjonijiet Magħquda

immodifika

Nhar it-12 ta' Lulju 2013, fil-ġurnata meta għalqet sittax-il sena, indirizzat lin-Nazzjonijiet Magħquda f'avveniment organizzat fil-Kwartieri Ġenerali mill-Mibgħut Speċjali tan-NM għall-Edukazzjoni Globali, Gordon Brown.

"It-terroristi ħasbu li kienu se jbiddluli l-għanijiet u jtemmuli l-ambizzjonijiet," qalet, "imma xejn ma nbidel f'ħajti, ħlief dan: id-dgħufija, il-biża' u n-nuqqas ta' tama mietu. Is-saħħa, is-setgħa u l-kuraġġ twieldu."

In-NM għażlet it-12 ta' Lulju bħala Jum Malala biex tiffoka l-attenzjoni fuq id-dritt tal-bniet li jmorru l-iskola, u l-Pakistan u l-UNESCO ffurmaw il-Fond Malala għall-edukazzjoni tal-bniet.

L-Ittra ta' Taliban

immodifika

F'Lulju 2013, Malala rċeviet ittra twila minghand Adnan Rashid; mexxej tat-Taliban fil-Pakistan. F'din l-ittra Rashid jesprimi x-xokk tiegħu għall-attakk fuq il-ħajja tat-tfajla u jistedinha terġa' tmur lura f'pajjiżha.

Fl-ittra Rashid beda biex jghidilha li kien qieghed jiktbilha fil-kapacità personali tieghu, u mhux f'isem il-grupp tat-Taliban li huwa jappartjeni ghalih jew f'isem xi grupp iehor tal-Jihad. Spjegalha li kien sema' biha ghall-ewwel darba permezz tas-servizz BBC Urdu, meta kien ghadu fil-habs.

"Dak iz-zmien xtaqt niktiblek biex naghtik parir li tieqaf mill-attivitajiet kontra t-Talibani li kont involuta fihom. Izda ma stajtx insib l-indirizz tieghek u bdejt nahseb biex navvicinak personalment jew b'isem falz. L-emozzjonijiet tieghi ghalik kienu bhal dawk lejn l-ahwa, ghaliex ahna gejjin mill-istess tribù tal-Yousafzai," jghid Rashid.

Jispjega li fl-istess zmien li kien qed jikkunsidra dawn il-possibbiltajiet, irnexxielu jaħrab mill-habs u kellu jibqa' fil-mohbi. "Meta gejt attakkata, kien xokk ghalija, u xtaqt li kieku qatt ma gara xejn u lhaqt avzajtek qabel." Jghid li dwar jekk l-attakk kienx izlamikament korrett jew le, jew jekk kienx haqqha tmut jew le, ihalli f'idejn ‘Allah' biex jiddeciedi.

Rashid jinsisti li Malala ma gietx attakata ghax mexxiet kampanja favur l-edukazzjoni ghall-bniet u n-nisa. "It-Taliban u l-Mujahideen m'humiex kontra l-edukazzjoni ta' xi ragel, mara jew tifla. It-Taliban jemmnu li int kont qieghda intenzjonalment tikteb kontrihom u tmexxi kampanja biex thammiġhom u timmina l-isforzi taghhom biex jistabbilixxu sistema Izlamika fi Swat."

Jghid ukoll li l-kitbiet taghha kienu provokattivi. Jirreferi ghad-diskors taghha fejn qalet li l-pinna hija iktar b'sahhitha mix-xabla. "Allura huma attakkawk fuq ix-xabla, u mhux fuq il-kotba jew l-iskola". Jirreferi wkoll ghall-mistoqsija taghha dwar ir-raguni li ghaliha t-Talibani qeghdin jisplodu l-iskejjel. Rashid isostni li din jaghmluha biss meta l-Armata Pakisana u l-Konstabulat tal-Fruntiera jkunu qed juzaw l-iskejjel bhala kampijiet ghat-truppi. "Meta xi haga sagra ssir letali, rridu neliminawha; din hija l-politika tat-Taliban."

Biex isostni l-argument tieghu li t-Taliban huma favur l-edukazzjoni, jispjega kif il-kontinent Indjan kien edukat hafna qabel l-invazjoni tal-Inglizi. "L-Indjani kienu jghallmu lis-suldati Inglizi l-Gharbi, l-Hindu u l-Persjan. Kwazi kull Moskea kienet tintuza bhala skola, u l-imperaturi Musulmani kienu jonfqu hafna flus fuq l-edukazzjoni... Ma kienx hemm faqar, krizi u glied fuq civiltà u religjon. Ghax is-sistema edukattiva kienet ibbazata fuq hsibijiet nobbli u kurrikulu nobbli," jishaq Rashid.

Rashid jirreferi ghall-ittra ta' Sir T.B Macaulay li kien baghat lill-Parlament Ingliz fl-1835 dwar l-edukazzjoni li kien hemm bzonn fl-Indja biex tiehu post l-edukazzjoni Musulmana: ‘Fil-prezent ghandna naghmlu l-ahjar li nistghu biex niffurmaw klassi li tista' tkun intermedjarja bejna u bejn il-miljuni li niggvernaw - klassi ta' nies li jkunu Indjani fid-demm u l-kulur, izda Inglizi fil-gosti, fl-opinjonijiet, fil-morali u fl-intellet.'

Rashid jghid li dan huwa l-pjan u l-missjoni ta' din l-hekk imsejjha edukazzjoni li Malala hija lesta li tmut ghaliha, u li ghaliha l-Gnus Maqghuda haduha fl-ufficcju taghhom biex tipproduci iktar Azjatici fid-demm, izda Inglizi fil-gosti, iktar Afrikani fil-kulur izda Inglizi fl-opinjoni, iktar nies mhux Inglizi izda Inglizi fil-moral. "Din hija l-hekk imsejha edukazzjoni ta' Obama, il-qattiel tal-massa," jghid Rashid.

Jghid li dan kollu qed jaghmluh ghaliex iridu iktar Inglizi biex ikunu skjavi tal-Lhud. Jishaq li d-dinja tibza' mill-Quran ghax ma tafx x'hemm fih, u li t-Talibani jridu jimplimentaw dak li hemm fil-ktieb ta' Allah filwaqt li n-Nazzjonijiet Maghquda, trid timplimenta l-kotba tan-nies. "Ahna rridu nghaqqdu d-dinja mal-kreatur taghha permezz tal-ktieb ta' Allah, u l-Gnus Maqghuda jridu jassru d-dinja ghal ftit kreaturi hziena."

Lil Malala jkompli jghidilha li hija qed titkellem fuq il-gustizzja u l-ugwaljanza mill-palk ta' istituzzjoni li hija ingusta, fejn mill-pajjizi kollha prezenti fil-Gnus Maqghuda, hamsa biss ghandhom il-poter tal-veto. Jghid li l-kumplament tal-pajjizi m'ghandhom sahha ta' xejn, u kemm il-darba d-dinja daret kontra l-Izrael, veto wiehed kien bizzejjed biex iwaqqaf il-gustizzja milli ssir.

Jghid li d-dinja miexja lejn ordni gdid, u jistaqsi x'hemm hazin fl-ordni tad-dinja l-antik. "Iridu jistabbilixxu edukazzjoni globali, ekonomija globali, armata globali, negozju globali, Gvern globali u religjon globali. Nixtieq inkun naf jekk hemmx spazju ghall-gwida profetika f'dawn il-pjanijiet kollha? Hemm xi spazju ghal-ligi tax-Xarija jew l-ligi Izlamika li l-Gnus Maqghuda tiddeskriva bhala inumana u barbarika?"

Rashid jesprimi x-xetticizmu tat-Taliban fuq il-vaccinazzjoni. Jikkwota lil Henry Kissinger jghid fl-1973 li jrid inaqqas il-popolazzjoni tal-pajjizi tat-tielet dinja bi 80%. Isostni li ghaddej programm ta' sterilizzazzjoni fuq in-nisa taht l-umbrella tal-Gnus Maqghuda, u li fl-Uzbekistan iktar minn miljun mara gew sterilizzati minghajr il-kunsens taghhom.

Rashid jirreferi ghal dik li l-Gnus Maqghuda semmiet ‘Jum Malala', u jistaqsi ghalfejn jum bhal dan ma nghatax ukoll lill-vittmi innocenti li nqatlu mill-Izraeljani u l-Amerikani, filwaqt li jsemmi kazijiet specifici; bhal dawk tal-attivista Rachel Corrie li nqatlet minn bulldozer Izraeljan, fost ohrajn.

"Ha nistaqsik, u nixtieqek tkun onestà fit-twegiba tieghek; li kieku sparawlek l-Amerikani waqt drone attack, id-dinja kienet tigi mgharrfa bl-istat ta' sahha tieghek? Id-dinja kienet issejjahlek ‘bint in-nazzjon'? Il-medja kienet taghmel ghageb fuqek?" jistaqsiha Rashid.

Izid jghid li iktar minn 300 mara u tfal inqatlu waqt drone attacks, izda hadd ma jinteressah, ghax l-aggressuri huma Amerikani edukati, mhux vjolenti u pacifici.

Finalment Rashid jitlob lil Malala tmur lura d-dar, taddotta l-kultura Izlamika u puxtun, tinghaqad ma' madrassa Izlamika tan-nisa qrib ir-rahal taghha, tistudja il-ktieb ta' Allah, tuza l-pinna ghall-Izlam u l-ghawg tal-komunità Musulmana, u biex "tikxef il-kongura tal-ftit elite li jridu jassru l-umanità kollha ghal agendi ta' hazen f'isem ordni gdid ghad-dinja," itemm jghid Rashid.

Premju Sakharov

immodifika

F'Novembru 2013, inghatat l-premju Sakharov 2013 tal-UE waqt seduta plenarja specjali tal-Parlament Ewropew fi Strasburgu. Fis-sessjoni tal-Parlament Ewropew, Malala qalet li qed tiddedika dan l-premju ghall-persuni fil-Pakistan li m'ghandhomx vuci u ghal dawk li qed ibatu minn nuqqas ta' protezzjoni tad-drittijiet taghhom.

Hi qalet li tispera li l-Parlament Ewropew ihares lil hinn....lejn tfal li m'ghandhomx x'jieklu u ilma x'jixorbu. Tenniet li dawn it-tfal qed jigu mcahhda ukoll mill-edukazzjoni. Qalet li bhalissa fid-dinja hawn madwar 57 miljun tifel u tifla li m'ghandhomx access ghall-edukazzjoni. Malala qalet li dawn it-tfal qed ibatu imma ghad hawn tama. "Hawn it-tama ghax ahna ghandna nitkellmu biex naghtuhom vuci", tenniet Malala.

Fil-ftuh tac-cerimonja, il-President tal-Parlament Ewropew Martin Schultz qal li l-premju qed jinghata lil tfajla staordinarja u qal li huwa unur ghall-Parlament Ewropew li hi accettat dan il-premju.

Il-Premju Sakharov twaqqaf fl-1988 u u jonora lill-attivist Russu tad-drittijiet tal-bniedem u xjenzat fil-qasam nukleari Andrei Sakharov. Dan il-premju li jinkludi ghotja ta' hamsin elf ewro jinghata kull sena mill-Unjoni Ewropea biex jirrikonoxxi l-kawza ta' persuni li jkunu qed jipprotegu d-drittijiet fundamentali tal-bniedem u tal-liberta' tal-hsieb u tal-espressjoni.

Malala u Malta

immodifika

Il-President ta’ Malta, Marie Louise Coleiro Preca kellha laqgħa ma’ Malala Yousafzai, fis-17 ta' Settembru 2014, f’Birmingham, l-Ingilterra, fil-post fejn Malala qed issegwi l-istudji tagħha.

Il-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca stiednet lil Malala tiġi Malta bil-għan li tħeġġeġ tfal Maltin biex ikomplu jsaħħu l-edukazzjoni tagħhom, bil-possibilità li l-Uffiċċju tal-President ta’ Malta u Malala joħolqu proġett edukattiv bħala parti mill-kampanja internazzjonali favur l-edukazzjoni.

Waqt il-laqgħa Malala spjegat lill-President ta’ Malta li l-edukazzjoni hija l-unika triq li tista’ ġġib il-paċi fid-dinja, għaliex l-edukazzjoni tbiegħed il-ġlied, it-terroriżmu u huwa li għalhekk il-ħolma tagħha hi li l-mijiet ta’ eluf ta’ tfal li huma mċaħħda mill-edukazzjoni, jingħataw il-mezzi biex imorru l-iskola. Malala li għad għandha 17-il sena, hija l-ewwel tifla fil-familja tagħha fil-Pakistan li ħadet l-edukazzjoni bis-serjetà, u hija din l-edukazzjoni li wasslet lil Malala biex tagħmel dan l-impatt dinji.

Malala faħħret lill-President ta’ Malta għall-irwol tagħha bħala mara li qed tagħti tama lil nisa oħra biex jagħmlu kuraġġ u ma jibqgħux lura. Malala qalet li persuni bħall-President huma dawk li jagħmlu d-differenza u huwa għalhekk li tixtieq li tidħol ukoll fil-politika biex tagħmel id-differenza u tagħmel it-tibdiliet li hemm bżonn. Il-President ta’ Malta qalet li l-politika hija għodda ta’ mħabba, għaliex in-nies għandhom bżonn l-imħabba, il-kuraġġ u l-edukazzjoni biex jimxu ‘l quddiem.

Il-President ta’ Malta qalet li temmen li n-nisa, li huma dawk li jagħtu l-ħajja, għandu jkollhom rwol ċentrali, għaliex ċertament kapaċi jagħmlu d-differenza fit-tmexxija tal-pajjiżi.

Waqt il-laqgħa mal-President, Malala kienet akkumpanjata mill-ġenituri tagħha. Missier Malala kien dak li żera’ f’bintu l-għatx għall-edukazzjoni, li permezz tagħha għamlet dan l-impatt dinji.

Fix-xhur ta' wara, Malala iddiskutiet mal-uffiċċju tal-President għal meta se jkun possibbli li żżur Malta biex twassal il-messaġġi influwenti tagħha.

Il-Premju Nobel għall-Paċi

immodifika

Nhar l-10 ta' Ottubru 2014, tħabbar li Malala kellha tirċievi n-Nobel għall-Paċi tal-2014 għall-ġlieda tagħha kontra l-vjolenza fuq it-tfal u ż-żgħażagħ u għad-dritt tat-tfal kollha għall-edukazzjoni. Billi meta rċevitu kellha biss 17-il sena, hija l-iżgħar rebbieħa tan-Nobel ta' kull żmien. Yousafzai qasmet il-premju ma' Kailash Satyarthi, attivist Indjan għad-drittijiet tat-tfal.