Lista ta' Siti ta' Wirt Dinji fil-Lussemburgu

lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fil-Lussemburgu

Is-Siti ta' Wirt Dinji tal-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Edukazzjoni, ix-Xjenza u l-Kultura (UNESCO) huma postijiet b'importanza kulturali jew naturali, kif deskritt fil-Konvenzjoni tal-Wirt Dinji tal-UNESCO, li ġiet stabbilita fl-1972.[1] Il-wirt kulturali jikkonsisti minn monumenti (bħal xogħlijiet arkitettoniċi, skulturi monumentali, jew inċiżjonijiet), gruppi ta' binjiet, u siti (fosthom siti arkeoloġiċi). Il-wirt naturali jinkludi karatteristiċi naturali (li jikkonsistu minn formazzjonijiet fiżiċi u bijoloġiċi), ġeoloġiċi u fiżjografiċi (inkluż il-ħabitats ta' speċijiet mhedda ta' annimali u pjanti), u siti naturali li huma importanti mill-puntdivista tax-xjenza, tal-konservazzjoni jew tas-sbuħija naturali.[2] Il-Lussemburgu rratifika l-Konvenzjoni fit-28 ta' Settembru 1983, u b'hekk is-siti indikattivi tiegħu setgħu jitqiesu biex jiżdiedu mal-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO.[3]

Veduta tal-Kwartieri Antiki tal-Belt tal-Lussemburgu minn ġol-fortifikazzjonijiet.

Mill-2021, il-Lussemburgu għandu Sit ta' Wirt Dinji wieħed: il-Belt tal-Lussemburgu: il-Kwartieri Antiki u l-Fortifikazzjonijiet tagħha li tniżżlet fl-1994.

Siti ta' Wirt Dinji

immodifika

L-UNESCO tiddeżinja s-siti abbażi ta' għaxar kriterji tal-għażla; kull sit irid jissodisfa mill-inqas wieħed mill-għaxar kriterji. Il-kriterji (i) sa (vi) huma kulturali, filwaqt li l-kriterji (vii) sa (x) huma naturali.[4]

NB: * Siti transnazzjonali (bl-ikħal)

Sit Stampa Post Sena tad-deżinjazzjoni Kriterji tal-Għażla Deskrizzjoni
Belt tal-Lussemburgu: il-Kwartieri Antiki u l-Fortifikazzjonijiet tagħha   Belt tal-Lussemburgu 1994 iv (kulturali) Il-Belt tal-Lussemburgu żviluppat madwar fortizza li nbniet fis-seklu 10 fuq blata kważi inaċċessibbli. Minħabba l-pożizzjoni strateġika tagħha, għaddiet minn taħt idejn diversi setgħat Ewropej kbar diversi drabi, u l-fortifikazzjonijiet ġew immodernizzati u msaħħa b'mod kostanti. Kienet waħda mill-ikbar fortizzi fl-Ewropa. Il-fortifikazzjonijiet prinċipali jmorru lura mis-seklu 16 sal-1867, meta ġew parzjalment imġarrfa.[5]

Referenzi

immodifika
  1. ^ "UNESCO World Heritage Centre - The World Heritage Convention". web.archive.org. 2016-08-27. Arkivjat mill-oriġinal fl-2016-08-27. Miġbur 2022-03-17.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  2. ^ "UNESCO World Heritage Centre - Convention Concerning the Protection of the World Cultural and Natural Heritage". web.archive.org. 2021-02-01. Arkivjat mill-oriġinal fl-2021-02-01. Miġbur 2022-03-17.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  3. ^ "Luxembourg - UNESCO World Heritage Centre". web.archive.org. 2021-10-30. Arkivjat mill-oriġinal fl-2021-10-30. Miġbur 2023-08-25.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  4. ^ "UNESCO World Heritage Centre - The Criteria for Selection". web.archive.org. 2016-06-12. Arkivjat mill-oriġinal fl-2016-06-12. Miġbur 2022-03-17.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  5. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "City of Luxembourg: its Old Quarters and Fortifications". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-08-25.