Lista ta' Siti ta' Wirt Dinji fil-Filippini

lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fil-Filippini

Is-Siti ta' Wirt Dinji tal-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Edukazzjoni, ix-Xjenza u l-Kultura (UNESCO) huma postijiet b'importanza kulturali jew naturali, kif deskritt fil-Konvenzjoni tal-Wirt Dinji tal-UNESCO, li ġiet stabbilita fl-1972.[1] Il-wirt kulturali jikkonsisti minn monumenti (bħal xogħlijiet arkitettoniċi, skulturi monumentali, jew inċiżjonijiet), gruppi ta' binjiet, u siti (fosthom siti arkeoloġiċi). Il-wirt naturali jinkludi karatteristiċi naturali (li jikkonsistu minn formazzjonijiet fiżiċi u bijoloġiċi), ġeoloġiċi u fiżjografiċi (inkluż il-ħabitats ta' speċijiet mhedda ta' annimali u pjanti), u siti naturali li huma importanti mill-puntdivista tax-xjenza, tal-konservazzjoni jew tas-sbuħija naturali.[2] Il-Filippini rratifikaw il-Konvenzjoni fid-19 ta' Settembru 1985, u b'hekk is-siti indikattivi tagħhom setgħu jitqiesu biex jiżdiedu mal-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO.[3]

Il-Knisja Barokka ta' Miagao.

B'kollox il-Filippini għandhom sitt Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO, tlieta kulturali u tlieta naturali. L-ewwel żewġ Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO mill-Filippini żdiedu fl-1993: il-Knejjes Barokki tal-Filippini u l-Park Naturali tal-Iskolli tal-Qroll ta' Tubbataha. L-iżjed sit li żdied reċentement mill-Filippini huwa s-Santwarju tan-Natura Selvaġġa tal-Katina Muntanjuża ta' Hamiguitan, fl-2014.

Siti ta' Wirt Dinji

immodifika

L-UNESCO tiddeżinja s-siti abbażi ta' għaxar kriterji tal-għażla; kull sit irid jissodisfa mill-inqas wieħed mill-għaxar kriterji. Il-kriterji (i) sa (vi) huma kulturali, filwaqt li l-kriterji (vii) sa (x) huma naturali.[4]

NB: * Siti transnazzjonali (bl-ikħal)

Sit Ritratt Post Kriterji tal-Għażla Erja

f'ettari (akri)

Sena tad-deżinjazzjoni Deskrizzjoni
Knejjes Barokki tal-Filippini      Manila; Ilocos Sur; Ilocos Norte; Iloilo kulturali: (ii), (iv) 1993 L-erba' knejjes Barokki tal-Filippini ġew iddikjarati bħala Teżori Kulturali Nazzjonali tal-pajjiż. Dawn huma: il-Knisja ta' Santu Wistin, il-Knisja ta' Santa Marija, il-Knisja ta' Paoay u l-Knisja ta' Miagao.[5]
Park Naturali tal-Iskolli tal-Qroll ta' Tubbataha   Palawan naturali: (vii), (ix), (x) 1993 Dan is-sit huwa Park ta' Wirt tal-ASEAN u Art Mistagħdra tar-Ramsar. Barra minn hekk, jinsab fi ħdan ir-Riżerva ta' Bijosfera ta' Palawan.[6]
Għelieqi Mtarrġa tar-Ross tal-Cordilleras tal-Filippini: Batad, Bangaan, Mayoyao, Hungduan u Nagacadan   Ifugao kulturali: (iii), (iv), (v) 1995 Is-sit jinkludi ħames komponenti: l-Għelieqi Mtarrġa ta' Batad, l-Għelieqi Mtarrġa ta' Bangaan (it-tnejn f'Banaue), l-Għelieqi Mtarrġa ta' Mayoyao (f'Mayoyao), l-Għelieqi Mtarrġa ta' Hungduan (f'Hungduan) u l-Għelieqi Mtarrġa ta' Nagacadan (f'Kiangan). L-għelieqi mtarrġa ġew iddikjarati bħala Teżori Kulturali Nazzjonali tal-Filippini.[7]
Belt Storika ta' Vigan   Ilocos Sur kulturali: (ii), (iv) 1999 Is-Sezzjoni ta' Mestizo, art twelid il-Patri Jose Burgos u Leona Florentino ta' Vigan, ġiet iddikjarata bħala Teżor Kulturali Nazzjonali tal-Filippini.[8]
Park Nazzjonali tax-Xmara ta' Taħt l-Art ta' Puerto Princesa   Palawan naturali: (vii), (x) 1999 Dan il-park nazzjonali jagħmel parti wkoll mir-Riżerva ta' Bijosfera ta' Palawan u ġie ddikjarat bħala art mistagħdra tar-Ramsar.[9]
Santwarju tan-Natura Selvaġġa tal-Katina Muntanjuża ta' Hamiguitan   Davao Oriental naturali: (x) 2014 Dan is-sit huwa Park ta' Wirt tal-ASEAN.[10]

Referenzi

immodifika
  1. ^ "UNESCO World Heritage Centre - The World Heritage Convention". web.archive.org. 2016-08-27. Arkivjat mill-oriġinal fl-2016-08-27. Miġbur 2022-03-17.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  2. ^ "UNESCO World Heritage Centre - Convention Concerning the Protection of the World Cultural and Natural Heritage". web.archive.org. 2021-02-01. Arkivjat mill-oriġinal fl-2021-02-01. Miġbur 2022-03-17.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  3. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Philippines - UNESCO World Heritage Convention". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-14.
  4. ^ "UNESCO World Heritage Centre - The Criteria for Selection". web.archive.org. 2016-06-12. Arkivjat mill-oriġinal fl-2016-06-12. Miġbur 2023-08-14.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  5. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Baroque Churches of the Philippines". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-14.
  6. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Tubbataha Reefs Natural Park". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-14.
  7. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Rice Terraces of the Philippine Cordilleras". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-14.
  8. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Historic City of Vigan". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-14.
  9. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Puerto-Princesa Subterranean River National Park". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-14.
  10. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Mount Hamiguitan Range Wildlife Sanctuary". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-14.