Lista ta' Siti ta' Wirt Dinji f'Iżrael

lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO f'Iżrael

Is-Siti ta' Wirt Dinji tal-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Edukazzjoni, ix-Xjenza u l-Kultura (UNESCO) huma postijiet b'importanza kulturali jew naturali, kif deskritt fil-Konvenzjoni tal-Wirt Dinji tal-UNESCO, li ġiet stabbilita fl-1972.[1] Il-wirt kulturali jikkonsisti minn monumenti (bħal xogħlijiet arkitettoniċi, skulturi monumentali, jew inċiżjonijiet), gruppi ta' binjiet, u siti (fosthom siti arkeoloġiċi). Il-wirt naturali jinkludi karatteristiċi naturali (li jikkonsistu minn formazzjonijiet fiżiċi u bijoloġiċi), ġeoloġiċi u fiżjografiċi (inkluż il-ħabitats ta' speċijiet mhedda ta' annimali u pjanti), u siti naturali li huma importanti mill-puntdivista tax-xjenza, tal-konservazzjoni jew tas-sbuħija naturali.[2] Iżrael irratifika l-Konvenzjoni fis-6 ta' Ottubru 1999, u b'hekk is-siti indikattivi tiegħu setgħu jitqiesu biex jiżdiedu mal-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO.

Veduta ta' Masada mill-ajru.

B'kollox Iżrael għandu disa' Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO u kollha huma siti kulturali. L-ewwel żewġ Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO li tniżżlu minn Iżrael kienu Masada u l-Belt Antika ta' Acre, fl-2001, filwaqt li l-iżjed sit li tniżżel reċentement huwa n-Nekropoli ta' Bet She'arim, fl-2015. Il-Belt Antika ta' Ġerusalemm u l-Ħitan tagħha tniżżlet fl-1981 fuq proposta tal-Ġordan sabiex is-sit jitqies għalih mingħajr assenjazzjoni lill-Palestina jew lil Iżrael.[3]

Sit ta' Wirt Dinji

immodifika

L-UNESCO tiddeżinja s-siti abbażi ta' għaxar kriterji tal-għażla; kull sit irid jissodisfa mill-inqas wieħed mill-għaxar kriterji. Il-kriterji (i) sa (vi) huma kulturali, filwaqt li l-kriterji (vii) sa (x) huma naturali.[4]

NB: * Siti transnazzjonali (bl-ikħal)

Sit Ritratt Post Kriterji tal-Għażla Erja

f'ettari (akri)

Sena tad-deżinjazzjoni Referenza
Postijiet Sagri tal-Bahá'i f'Haifa u l-Punent tal-Galilea   Distrett ta' Haifa u Distrett tat-Tramuntana

32°49′46″N 34°58′18″E / 32.82944°N 34.97167°E / 32.82944; 34.97167 (Bahá’i Holy Places in Haifa and the Western Galilee)

kulturali:

(iii)(vi)

63 (160) 2008 [5]
Tumbati Bibbliċi: Megiddo, Hazor, Be'er Sheva   Distrett tat-Tramuntana u Negev

32°35′50″N 35°10′56″E / 32.59722°N 35.18222°E / 32.59722; 35.18222 (Biblical Tels–Megiddo, Hazor, Beer Sheba)

kulturali:

(ii)(iii)(iv)(vi)

96 (240) 2005 [6]
Rotta tal-Inċens – Bliet tad-Deżert f'Negev   Negev

30°32′28″N 35°9′39″E / 30.54111°N 35.16083°E / 30.54111; 35.16083 (Incense Route – Desert Cities in the Negev)

kulturali:

(iii)(v)

2005 [7]
Masada   Distrett tan-Nofsinhar

31°18′49″N 35°21′10″E / 31.31361°N 35.35278°E / 31.31361; 35.35278 (Masada)

kulturali:

(iii)(iv)(vi)

276 (680) 2001 [8]
Belt Antika ta' Acre   Punent tal-Galilea

32°55′42″N 35°5′2″E / 32.92833°N 35.08389°E / 32.92833; 35.08389 (Old City of Acre)

kulturali:

(ii)(iii)(v)

63 (160) 2001 [9]
Belt Bajda ta' Tel Aviv – il-Moviment Modern   Tel Aviv

32°4′0″N 34°47′0″E / 32.066667°N 34.783333°E / 32.066667; 34.783333 (White City of Tel-Aviv – the Modern Movement)

kulturali:

(ii)(iv)

140 (350) 2003 [10]
Siti tal-Evoluzzjoni Umana fl-Għolja tal-Karmnu: L-Għerien ta' Nahal Me'arot / Wadi el-Mughara   Għolja tal-Karmnu

32°40′12″N 34°57′55″E / 32.67°N 34.96528°E / 32.67; 34.96528 (Sites of Human Evolution at Mount Carmel: The Nahal Me’arot / Wadi el-Mughara Caves)

kulturali:

(iii)(v)

54 (130) 2012 [11]
Għerien ta' Maresha u Beit Guvrin fl-Artijiet Baxxi tal-Ġudea bħala Mikrokożmu tal-Art tal-Għerien   Distrett tan-Nofsinhar

31°36′0″N 34°53′44″E

kulturali:

(v)

259 (640) 2014 [12]
Nekropoli ta' Beit She'arim: Għeliem tar-Rinaxximent Lhudi   Distrett ta' Haifa

32°42′8″N 35°7′37″E

kulturali:

(ii)(iii)

12 (30) 2015 [13]

Referenzi

immodifika
  1. ^ "UNESCO World Heritage Centre - The World Heritage Convention". web.archive.org. 2016-08-27. Arkivjat mill-oriġinal fl-2016-08-27. Miġbur 2022-03-17.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  2. ^ "UNESCO World Heritage Centre - Convention Concerning the Protection of the World Cultural and Natural Heritage". web.archive.org. 2021-02-01. Arkivjat mill-oriġinal fl-2021-02-01. Miġbur 2022-03-17.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  3. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Old City of Jerusalem and its Walls". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-05.
  4. ^ "UNESCO World Heritage Centre - The Criteria for Selection". web.archive.org. 2016-06-12. Arkivjat mill-oriġinal fl-2016-06-12. Miġbur 2023-08-14.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  5. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Bahá’i Holy Places in Haifa and the Western Galilee". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-07.
  6. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Biblical Tels - Megiddo, Hazor, Beer Sheba". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-07.
  7. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Incense Route - Desert Cities in the Negev". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-07.
  8. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Masada". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-07.
  9. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Old City of Acre". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-07.
  10. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "White City of Tel-Aviv – the Modern Movement". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-07.
  11. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Sites of Human Evolution at Mount Carmel: The Nahal Me’arot / Wadi el-Mughara Caves". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-07.
  12. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Caves of Maresha and Bet-Guvrin in the Judean Lowlands as a Microcosm of the Land of the Caves". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-07.
  13. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Necropolis of Bet She’arim: A Landmark of Jewish Renewal". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-07.