Lino Farrugia Sacco
Dan l-artiklu għandu bżonn jiġi wikifikat biex jaqbel mal-istandard tal-Wikipedija. B'mod partikolari, dan l-artiklu huwa nieqes minn referenzi għal sorsi esterni li jivverifikaw il-fatti u perspettivi dwar is-suġġett. Jekk jogħġbok għin biex ittejjeb dan l-artiklu skont il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija. |
Lino Farrugia Sacco huwa Imħallef fil-Qrati Maltin.
Huwa twieled fit-22 ta’ Awissu ,1949, u ħa l-edukazzjoni tiegħu fil-Kulleġġ St Albert u fl-1969 iggradwa fl-Università ta’ Malta. Fl-1972 huwa sar Nutar Pubbliku u fl-1973 sar Avukat. Huwa serva bħala Avukat għal-aktar minn seba’ snin, sittax il-sena bħala Maġistrat u mill-1997 'l hawn bħala Imħallef.
Imħallef
immodifikaFl-1997 inħatar Imħallef. Huwa nħatar mill-Gvern ta’ Malta bħala Chairman ta' għadd ta' Bordijiet Investigattivi u serva bħala Eżaminatur għal għadd ta’ sezzjonijiet fil-Liġi Kriminali u Ċivili fl-Università ta’ Malta.
Sport
immodifikaMatul iż-żmien tiegħu fl-Università Lino kien Manager ta’ Youth Club differenti, membru fundatur tal-Ħamrun Tennis Club, Viċi President tal-Catholic Guild ta’ l-Universita’ ta’ Malta u segretarju ta’ Kumitat ta’ Universita’ dwar l-Eroj Nazzjonali. Għal tliet snin huwa serva bħala Segretarju tal-Malta Tennis Federation, fejn aktar tard inħatar bħala President. Lino kien Viċi President tal-Ħamrun Spartans Football Club.
Fl-1988 huwa ġie elett bħala l-Ewwel Viċi-President tal-Kumitat Olimpiku Malti u fl-1993 Viċi President tal-Kumitat Organizzattiv tal-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar ta; l-Ewropa għall-Malta. Huwa kien kap ta’ Missjoni tal-Kontinġent Malti fil-Logħob fil-Mediterran li saru fi Franza fl-1993. Bis-saħħa tiegħu ġie introdott l-Logħob għall-Istati Żgħar ta’ l-Ewropa għaż-Żgħażagħ fit-Tennis fil-Kalendarju Internazzjonali tal-Federazzjoni tat-Tennis.
Fl-1996 huwa ġie elett Chairman tal-Kumitat Olimpiku Malti. Fl-1999 huwa nħatar President tal-Kumitat Olimpiku Malti. Huwa maħtur mill-I.O.C. bħala membru tal-CAS u mill-Commonwealth bħala membru tal-CABOS.
Ħajja Personali
immodifikaFl-1993 huwa nħatar President tal-Għaqda tal-Mużikali San Ġużepp fil-Ħamrun fejn ħadem bis-sħiħ għall-għaqda bejn il-Parroċċi u l-Każini tal-Banda.
Huwa miżżewweġ lil Susan nee’ Laiviera u għandu żewġt subien David u Steven.