Limonium zeraphae
Il-Limonium zeraphae magħrufa ukoll bħala l-Limonju ta’ Żerafa jew Leħjet ix-xiħ ta’ Żerafa, hija pjanta perenni mill-familja Plumbaginaceae.[1][2][3] Il-Limonium zeraphae hija endemika għall-ġżejjer Maltin.[4][5]
Limonium zeraphae | |
---|---|
Klassifikazzjoni xjentifika | |
Renju | Plantae |
Ordni | Caryophyllales |
Familja | Plumbaginaceae |
Tribù | Staticeae |
Ġeneru | Limonium |
speċi | Limonium zeraphae Brullo, 1980
|
Tassonomija
immodifikaDin l-ispeċi ta' limonju nstabet mill-professur tal-istorja naturali il-botanist Stefano Zerafa (1791-1871) fis-seklu Dsatax u ġiet msemmija għalih. [6] Studju estensiv sar mill-botanist Salvatore Brullo fl-1980, fejn il-Limonju zeraphae ġiet meqjusa bħala speċi endemika, sseparata mill-ispeċi l-oħra ta’ limonju li jikbru fil-gżejjer Maltin u ngħatat l-isem ta’ Limonium zeraphae Brullo fl-1980. [7] Il-Limonium zeraphae hija endemika għall-gżejjer Maltin u hija meqjusa bħala neoendemika għax saret endemika wara li l-popolazzjoni tal-limonju f’Malta inqatgħet fiżikament mill-popolazzjoni ta’ Sqallija. [8][5]
Abitat u Distribuzzjoni
immodifikaIl-Limonium zeraphae hija skarsa fl-ambjenti naturali tal-gżejjer Maltin. [5] Din il-pjanta tikber fuq il-blat kostali baxx tal-qawwi ta’ taħt u tal-globiġerina matul il-kosta tal-Lvant u l-gżejjer żgħar ta’ Malta.[3][9] Kif ukoll f’irqajja’ ta’ ħamrija mielħa fil-blat matul il-kosta u max-xtut tal-bwar salmastri. [5]
Karatteristiċi botaniċi
immodifikaIl-Limonju ta’ Żerafa twarrad bejn Ġunju u Novembru. [3] Tipproduċi fjuri żgħar ta’ lewn vjola ċar ta’ qies 6-7mm wiesgħa u 5mm fit-tul. Il-fjuri jinstabu fit-tarf ta’ kull zokk mingħajr weraq li jikber ‘l fuq mill-arbuxxell.[10] Din il-pjanta għandha modifiki fil-weraq u fiz-zkuk li jagħmluha adattata biex tgħix f’dawn it-tipi ta’ ambjenti partikolari. [5] Il-weraq jinstabu jmissu mal-ħamrija u jifformaw tondjatura mal-bażi ta’ kull zokk.[10] [5][7] Il-weraq għandhom forma tawwalija fit-tond li jinxfu fix-xhur sħan tas-Sajf. [5] Din l-ispeċi tiġi mgħarfa mill-ispeċi l-oħrajn ta’ limonju permezz tal-forma taz-zokk li jagħti fit-tond ma’ kull għaksa. [10]
Protezzjoni
immodifikaIl-Limonium zeraphae bħala speċi endemika, kif ukoll l-abitat fejn din il-pjanta tinstab fil-ġżejjer Maltin, huma strettament protetti bil-ligi Maltija.[11]
Referenzi
immodifika- ^ "Limonium zeraphae S. Brullo - Encyclopedia of Life". eol.org. Miġbur 2021-12-23.
- ^ "Tropicos | Name - Limonium zeraphae Brullo". legacy.tropicos.org. Miġbur 2021-12-23.
- ^ a b ċ Mifsud, Stephen (2002-08-23). "Limonium zeraphae (Zerapha's Sea Lavender) : MaltaWildPlants.com - the online Flora of the Maltese Islands". maltawildplants.com (bl-Ingliż). Miġbur 2023-12-15.
- ^ "Limonium zeraphae | International Plant Names Index". www.ipni.org. Miġbur 2021-12-23.
- ^ a b ċ d e f ġ Agius, C. (2012). A study on the habitat and morphometry of Limonium melitense, Limonium virgatum and Limonium zeraphae on the Maltese islands (Bachelor's thesis, University of Malta).
- ^ Camilleri, B. (2011). Stefano Zerafa 'botanist' 1791-1871. Programm festa 2011, Ħal-Għargħur, 69.
- ^ a b Brullo, S. (1980). Taxonomic and nomenclatural notes on the genus Limonium in Sicily.
- ^ Schembri, P. J. (1994). Malta’s natural heritage. In H. Frendo & O. Friggieri (Eds.), Malta culture and identity (pp. 105-124). Valletta, Malta: Ministry of Youth and the Arts
- ^ Lanfranco, E. (1989). Il-pjanti vaskulari endemici tal-gzejjer Maltin. In T. Cortis (Ed.), L-identita` kulturali ta' Malta : kungress nazzjonali, 13-15 ta' April 1989 (pp. 141-164). Valletta: Department of Information.
- ^ a b ċ Castroviejo, S. e. (2005). Flore Iberica: Plantas vasculares de la Peninsula Iberica e Islas Baleares (Vol. III). Madrid: Departamento de Publicaciones del CSIC.
- ^ Mifsud, Stephen. "Limonium zeraphae (Zerapha's Sea Lavender)". maltawildplants.com (bl-Ingliż). Miġbur 2024-11-09.