Liebru Taljan

(Rindirizzat minn Liebru Korsikan)

Il-liebru Taljan jew liebru Korsikan, magħruf xjentifikament bħala Lepus corsicanus huwa speċi ta' mammiferu plaċentat tal-familja Leporidae (leporidu), fl-ordni Lagomorpha (lagomorfu), nattiv tal-kontinent tal-Ewropa u endemiku tal-Italja.

Liebru Taljan jew Liebru Korsikan
Klassifikazzjoni xjentifika
Renju: Animalia
Phylum: Chordata
Klassi: Mammalia
Sottoklassi: Theria
Infraklassi: Eutheria
Superordni: Euarchontoglires
Ordni: Lagomorpha
Familja: Leporidae
Ġeneru: Lepus
Speċi: L. corsicanus
Isem binominali
Lepus corsicanus
(De Winton, 1898)
Firxa tal-liebru Taljan

Dan il-liebru huwa speċi mifruxa fil-peniżola Taljana, b'distribuzzjoni miċ-ċentru san-Nofsinhar tal-Italja fejn ħafna drabi jaqsam l-abitat mal-liebru Ewropew (speċi introdotta mil-bniedem għal skop ta' kaċċa) fil-gżira ta' Sqallija, fejn jidher komuni b'popolazzjoni stabbli u b'distribuzzjoni kontinwa, u fil-gżejjer ta' Elba u Korsika fejn kien ġie introdott mill-bniedem.

Il-liebru Taljan għal żmien twil kien meqjus bħala sottospeċi tal-liebru Ewropew.

Klassifikazzjoni

immodifika

Dan il-liebru huwa wieħed minn għaxar speċi li qegħdin ikklassifikati fis-sottoġeneru Eulagos u m'hemm 'l ebda sottospeċi rikonoxxuta.

Referenzi

immodifika
  • Wilson, D. E.; Reeder, D. M. Mammal Species of the World (bl-Ingliż) (3 ed.). Johns Hopkins University Press. ISBN 0-8018-8221-4.
  • Id-Databażi Palebijoloġika
  • Tassonomija tal-Mammiferi

Ħoloq esterni

immodifika