Leo Brincat
Dan l-artiklu għandu bżonn jiġi wikifikat biex jaqbel mal-istandard tal-Wikipedija. B'mod partikolari, dan l-artiklu huwa nieqes minn referenzi għal sorsi esterni li jivverifikaw il-fatti u perspettivi dwar is-suġġett. Jekk jogħġbok għin biex ittejjeb dan l-artiklu skont il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija. |
Leo Brincat (Bormla, 26 ta' Settembru 1949) kien Ministru tal-Finanzi bejn l-1997 u l-1998 u Ministru tal-Ambjent bejn l-2013 u 2016. Fl-2016 kien maħtur bħala l-Membru Malti tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri.
Bin Pawlu u Carmen imwielda Attard, studja l-Liċeo bejn l-1959 u l-1964; u l-Business Studies fl-MCAST fl-1965.
Politika
immodifikaFl-1976, huwa daħal fl-Eżekuttiv tal-Partit Laburista u bejn l-1977-1981 kien Uffiċjal tal-Propaganda tal-Partit. Mill-1978 sal-1981 kien President tal-Partit u Segretarju Internazzjonali, sa mill-1982.
Huwa kien elett Membru tal-Parlament f'isem il-Partit Laburista fl-1982. Mill-1982 sal-1983 kien membru tad-Delegazzjoni għall-Kunsill tal-Ewropa. Fl-aħħar sena ta' Gvern Laburista mmexxi minn Karmenu Mifsud Bonnici kien maħtur Segretarju Parlamentari għad-Djar (1986-1987).
Kien rappreżentant tal-Partit fis-Socialist International.
Huwa reġa' kien elett fl-elezzjonijiet tal-1987, 1992 u 1996.
Sa mill-1992 kien il-Kelliem tal-Oppożizzjoni għat-Turiżmu.
Kien chairman tal-Interprint Ltd, u Direttur tal-Medigrain. Kien Direttur tal-Libyan-Arab Maltese Holding Company. Kien Kap tar-Research & Advisory Unit tal-Mid-Med Bank.
Fl-1997, serva bħala Ministru tal-Finanzi.
Fil-leġislatura 2008-2013, huwa kien il-Kelliem Ewlieni għall-Oppożizzjoni għall-Ambjent. Barra dan kien responsabbli ukoll minn Enerġija Alternattiva u Waste Managment. Kien ukoll chairman tal-Kumitat tal-Kontijiet Pubbliċi.
Fl-elezzjoni tal-2013 kkontesta fuq żewġ distretti d-disa' u l-għaxar distrett. Huwa kien elett mid-disa' distrett fejn fl-ewwel għadd kiseb 2,275 vot. F'Marzu 2013, huwa kien maħtur Ministru tal-Ambjent, l-Iżvilupp Sostenibbli u t-Tibdil fil-Klima.
Ħajja Personali
immodifikaHuwa jikteb artikli ta' analiżi politika barranija, iħobb jaqra bijografiji politiċi, u jsegwi mużika kontemporanja.
Huwa żżewweġ lil Patricia fl-1974, u għandu tifla waħda, Erika.