LOST (Serje televiżiva)

(Rindirizzat minn LOST)

Lost huwa serje Amerikana. Din issegwi l-ħajja ta' grupp ta' nies li salvaw wara li l-ajruplan li kien qed itir bejn Sydney, l-Awstralja, u Los Angeles, l-Istati Uniti, ikkraxja xi mkien fil-Paċifiku tan-Nofsinhar u spiċċa fuq gżira tropikali u misterjuza. Fl-ewwel staġun, kull episodju juri l-ħajja ta' xi ħadd min-nies ta' fuq il-gzira iżda dan jinbidel aktar 'il quddiem. L-ewwel episodju xxandar fit-22 ta' Settembru, 2004, u minn dakinhar ixxandru sitt staġuni sħaħ.

Minħabba l-kast kbir li hemm bżonn u l-ispiża tal-iffilmjar primarjament fil-post Oahu fil-Ħawajj, is-serje hija waħda mill-aktar għaljin fit-televiżjoni. Din ġiet maħluqa minn Damon Lindelof, JJ Abrams u Jeffrey Lieber u hija prodotta mill-ABC Studios, Bad Robot Productions u Grass Skirt Productions. Il-mużika hija miktuba minn Michael Giacchino. Il-produtturi eżekuttivi attwali huma Lindelof, Abrams, Bryan Burk, Jack Bender, Edward Kitsis, Adam Horowitz u Carlton Cuse.

Fl-ewwel sena ta' LOST kull episodju kien jiġi segwit minn madwar 16-il miljun persuna. Rebaħ bosta premjijiet bħall-Emmy Award for Outstanding Drama Series 2005, Best American Import at the British Academy Television Awards 2005, il-Golden Globe for Best Drama fl-2006 u l-iScreen Actors Guild Award for Outstanding Ensemble in a Drama Series. Din is-serje għandha ħafna fans fid-dinja kollha.

Lost se jispiċċa fis-sitt staġun meta l-121 u l-aħħar episodju jintwera f'Mejju tal-2010. Dan l-istaġun se jikkonsisti fi tmintax-il episodju.